Qed ikun hemm reazzjonijiet kontrastanti mis-setturi tal-kummerċ madwar id-dinja dwar l-effetti tal-BREXIT. Il-prospett li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea qed jaffettwa l-kunfidenza ta’ operaturi ekonomiċi fiċ-Ċina, l-Amerika Latina u l-Karibew. Dawn qed jiddubitaw fuq l-utilita` li jinvestu fl-Ewropa. Kmamar tal-kummerċ fl-Amerika Latina, l-Istati Uniti, it-Turkija, l-Afrika u l-Asja tal-Paċifiku jemmnu li l-vot tal-poplu Ingliż jitfa’ inċertezza dwar il-proġett Ewropew u anki jaffettwah ħażin. Dawn jinsabu mħassba dwar l-instabilita` politika u soċjali, l-aċċess għal finanzjamenti u l-instabilita` fis-sistema finanzjarja.
Fiċ-Ċina, Iran u l-Istati tal-Golf, l-opinjoni hija differenti. Dawn jemmnu li l-BREXIT mhux se jaffettwa l-proġett Ewropew.
Fl-Indja u r-Russja jgħidu li għadu wisq kmieni biex ibassru x’se jiġri.
Minkejja l-inċertezza l-kmamar tal-kummerċ baqgħu pożittivi dwar it-tkabbir u t-tbassir ekonomiku għas-sena 2017 li mistenni jkun 3 u 4% tal-Prodott Domestiku Gross Ewropew.
SFIDI ĠODDA GĦALL-EWROPA
Read More
L-IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI TAL-BREXIT GĦANDHOM IKUNU SPJEGATI
Read More
REAZZJONIJIET KONTRASTANTI GĦALL-BREXIT
Read More
IL-ĠERMANJA U L-AWSTRIJA JESTENDU L-KONTROLLI FUQ IL-FRUNTIERI
Read More
APPROVAT RAPPORT TA’ ALFRED SANT DWAR PRIJORITAJIET EKONOMIĊI TAL-UE
Read More
L-EWROPA BŻONN RIFORMI LI JINKORAĠĠIXXU L-INVESTIMENTI
Read More
MHUX KULL PAJJIŻ QED IŻOMM ID-DETTALJI TAL-PASSIĠĠIERI MIL-LINJI TAL-AJRU
Read More
B’€1 IL-PARLAMENT EWROPEW JAKKWISTA MUŻEW
Read More
Post a comment