Alfred Sant talab lill-istituzzjonijiet Ewropej li huma involuti fin-negozjati dwar il-BREXIT, biex ikunu ċari kemm jistgħu lejn iċ-ċittadini Ewropej dwar l-isfidi u l-problemi li n-negozjaturi tal-BREXIT se jkunu qed jindirizzaw. Huwa importanti ħafna li tinbeda d-diskussjoni dwar l-arranġamenti interni qabel ma n-negozjati tal-BREXIT ikunu finalizzati, l-aktar fil-qasam tal-implikazzjonijiet finanzjarji għall-UE. Dr Sant indirizza l-Plenarja tal-Parlament Ewropew waqt li r-rappreżentanti tal-Presidenzi tal-UE fil-Kunsill Ewropew ippreżentaw is-suġġetti ewlenin li se jkunu diskussi fil-Kunsill Ewropew bejn l-20 u l-21 ta’ Ottubru u li jinkludu l-immigrazzjoni, il-kummerċ u r-relazzjonijiet tal-UE mar-Russja. Il-parti l-kbira tal-Ewroparlamentari li indirizzaw il-laqgħa wkoll enfasizzaw li l-BREXIT huwa suġġett importanti u li għandu jkun indirizzat mill-kapijiet tal-istati membri.

Dr Sant qal li wieħed jaċċetta li l-Unjoni ma għandhiex waħedha jew b’kuntatti informali mar-Renju Unit, tibda tanalizza għażliet differenti għan-negozjati tal-BREXIT qabel jibdew. L-istess ma għandux jgħodd għall-arranġamenti interni tal-UE ġaladarba l-BREXIT ikun se jispiċċa. Dan huwa rilevanti ħafna għall-implikazzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni mingħajr ir-Renju Unit.

Dr Sant qal li l-media u l-uffiċċji tar-riċerka għamlu l-kalkoli tagħhom. “Id-dħul tal-Unjoni se jsofri min-nuqqas sostanzjali meta r-Renju Unit ma jibqax jikkontribwixxi. X’se jkunu l-implikazzjonijiet ta’ dan għall-proġetti Ewropej attwali u tal-futur? Kemm se jiġi jiswa dan in-nuqqas mil-lat purament ta’ kontabilita`? U mil-lat operazzjonali? Dan id-defiċit kif se nagħmlu tajjeb għalih?” staqsa Dr Sant.

Dawn il-mistoqsijiet bla ebda mod ma jippreġudikaw negozjati futuri tal-BREXIT. Jirrelataw għall-għażliet disponibbli għall-organizzazzjoni interna tal-UE wara l-BREXIT. Informazzjoni ħażina dwarhom tista’ tikkontribwixxi għall-inċertezza, l-istess kif qed tikkontribwixxi l-istennija biex jibdew n-negozjati tal-BREXIT. Jekk il-Kummissjoni u/jew il-Kunsill jipprovdu pubblikament sfond dettaljat tal-problemi u l-isfidi f’dan il-qasam, ikunu qed jgħinu biex inaqqsu l-inċertezza, qal Dr Sant.

SFIDI ĠODDA GĦALL-EWROPA

Il-Kapijiet tal-istati membri tal-UE fi tmiem din il-ġimgħa jiltaqgħu fi Brussell għas-Summit Ewropew. Dan is-Summit mistenni jkun iddominat mill-politika tal-kummerċ ...
Read More

 L-IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI TAL-BREXIT GĦANDHOM IKUNU SPJEGATI

Alfred Sant talab lill-istituzzjonijiet Ewropej li huma involuti fin-negozjati dwar il-BREXIT, biex ikunu ċari kemm jistgħu lejn iċ-ċittadini Ewropej dwar ...
Read More

REAZZJONIJIET KONTRASTANTI GĦALL-BREXIT

Qed ikun hemm reazzjonijiet kontrastanti mis-setturi tal-kummerċ madwar id-dinja dwar l-effetti tal-BREXIT. Il-prospett li r-Renju Unit  joħroġ mill-Unjoni Ewropea qed ...
Read More

IL-ĠERMANJA U L-AWSTRIJA JESTENDU L-KONTROLLI FUQ IL-FRUNTIERI

Il-Ġermanja u l-Awstrija talbu estensjoni ta’ sitt xhur oħra għat-tkomplija tal-kontrolli fuq il-fruntieri tagħhom.  Fit-12 ta’ Mejju  il-Ġermanja, l-Awstrija, L-Isvezja, ...
Read More

APPROVAT RAPPORT TA’ ALFRED SANT DWAR PRIJORITAJIET EKONOMIĊI TAL-UE

Rapport dwar il-prijoritajiet ekonomiċi tal-UE għas-sena 2017 u ppreżentat mill-Ewroparlamentari Alfred Sant ġie approvat mill-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew ...
Read More

L-EWROPA BŻONN RIFORMI LI JINKORAĠĠIXXU L-INVESTIMENTI

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Franċiż François Villeroy de Galhau qal li l-Ewropa għandha bżonn riformi li jinkoraġġixxu l-investimenti u saħaq li ...
Read More

MHUX KULL PAJJIŻ QED IŻOMM ID-DETTALJI TAL-PASSIĠĠIERI MIL-LINJI TAL-AJRU

Numru ta’ stati membri għadhom ma implimentawx pjan fejn il-linji tal-ajru jkunu mitluba jżommu dettalji dwar passiġġieri li jtiru magħhom ...
Read More

B’€1 IL-PARLAMENT EWROPEW JAKKWISTA MUŻEW

Il-Parlament Ewropew beda jikri binja li kienet id-dar tal-artist Belġjan Antoine Wiertz għal prezz simboliku ta’ €1. Il-binja, li saret ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment