Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Franċiż François Villeroy de Galhau qal li l-Ewropa għandha bżonn riformi li jinkoraġġixxu l-investimenti u saħaq li l-fiduċja hija essenzjali fil-ħolqien ta’ investimenti ġodda fl-Ewropa. Monsieur Galhau qal dan waqt li wieġeb intervent ta’ Alfred Sant fil-Kumitat tal-Affarijiet Monetarji u Ekonomiċi tal-Parlament Ewropew (ECON) li staqsih jiċċara aħjar ir-raġunijiet li qed iwasslu għan-nixfa kbira ta’ investimenti fl-Ewropa.

Dr Sant talab lill-Gvernatur Franċiż biex jelabora dwar il-proposta ta’ ministru tal-finanzi għaż-żona ewro.  Monsieur Galhau qal li l-ewwel pass urġenti u importanti huwa l-ħolqien ta’ Ministru tal-Finanzi Ewropew bi rwol ta’ koordinatur u rwol fil-baġit. Il-kwistjoni preżentement hija l-investiment. Din hija l-qalba tal-marda Ewropea. Mhux tal-Ewropa biss, hija preżenti fl-Istati Uniti bl-istaġnar. Imma tinħass l-aktar fl-Ewropa: irridu norganizzaw  flimkien il-Pjan ta’ Investiment ta’ Juncker u tal-Capital Markets Union (CMU).

“Għandna bżonn politika aktar ‘business-friendly’ biex inżidu l-imprenditorija. Din hija waħda min-nuqqasijiet tagħna.”qal il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Franċiż.

Segwi l-intervent ta’ Dr Sant u Monsieur Galhau fuq din il-link:

https://www.youtube.com/watch?v=vaQNnj5BDI0

 

SFIDI ĠODDA GĦALL-EWROPA

Il-Kapijiet tal-istati membri tal-UE fi tmiem din il-ġimgħa jiltaqgħu fi Brussell għas-Summit Ewropew. Dan is-Summit mistenni jkun iddominat mill-politika tal-kummerċ ...
Read More

 L-IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI TAL-BREXIT GĦANDHOM IKUNU SPJEGATI

Alfred Sant talab lill-istituzzjonijiet Ewropej li huma involuti fin-negozjati dwar il-BREXIT, biex ikunu ċari kemm jistgħu lejn iċ-ċittadini Ewropej dwar ...
Read More

REAZZJONIJIET KONTRASTANTI GĦALL-BREXIT

Qed ikun hemm reazzjonijiet kontrastanti mis-setturi tal-kummerċ madwar id-dinja dwar l-effetti tal-BREXIT. Il-prospett li r-Renju Unit  joħroġ mill-Unjoni Ewropea qed ...
Read More

IL-ĠERMANJA U L-AWSTRIJA JESTENDU L-KONTROLLI FUQ IL-FRUNTIERI

Il-Ġermanja u l-Awstrija talbu estensjoni ta’ sitt xhur oħra għat-tkomplija tal-kontrolli fuq il-fruntieri tagħhom.  Fit-12 ta’ Mejju  il-Ġermanja, l-Awstrija, L-Isvezja, ...
Read More

APPROVAT RAPPORT TA’ ALFRED SANT DWAR PRIJORITAJIET EKONOMIĊI TAL-UE

Rapport dwar il-prijoritajiet ekonomiċi tal-UE għas-sena 2017 u ppreżentat mill-Ewroparlamentari Alfred Sant ġie approvat mill-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew ...
Read More

L-EWROPA BŻONN RIFORMI LI JINKORAĠĠIXXU L-INVESTIMENTI

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Franċiż François Villeroy de Galhau qal li l-Ewropa għandha bżonn riformi li jinkoraġġixxu l-investimenti u saħaq li ...
Read More

MHUX KULL PAJJIŻ QED IŻOMM ID-DETTALJI TAL-PASSIĠĠIERI MIL-LINJI TAL-AJRU

Numru ta’ stati membri għadhom ma implimentawx pjan fejn il-linji tal-ajru jkunu mitluba jżommu dettalji dwar passiġġieri li jtiru magħhom ...
Read More

B’€1 IL-PARLAMENT EWROPEW JAKKWISTA MUŻEW

Il-Parlament Ewropew beda jikri binja li kienet id-dar tal-artist Belġjan Antoine Wiertz għal prezz simboliku ta’ €1. Il-binja, li saret ...
Read More

 

Facebook Comments

Post a comment