Numru ta’ stati membri għadhom ma implimentawx pjan fejn il-linji tal-ajru jkunu mitluba jżommu dettalji dwar passiġġieri li jtiru magħhom. Il-Ġermanja, il-Greċja, il-Polonja, l-Awstrija, l-Ungerija, is-Slovakkja, l-Irlanda, il-Lussemburgu u Malta għad ma għandhomx dan il-pjan li għandu jidħol fis-seħħ fl-2018. F’Novembru l-Kummissjoni se tħabbar kif se tgħin fl-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan u se tirrilaxxa €70 miljun bejn l-2017-2020 għal dan il-għan. Il-Kummissjoni se tirrilaxxa €3.8 miljuni oħra biex l-istati membri jaqsmu l-informazzjoni bejniethom u l-Europol.

Il-Kummissarju Brittanniku tas-Sigurta` tal-Unjoni Sir Julian King ħabbar li kull xahar se joħroġ rapporti dwar l-andament tal-qasam tas-sigurta` tal-UE biex jagħtih spinta. King għażel li jsaħħaħ ċertu oqsma bħall-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni u ċertu infrastrutturi. King qal li sal-aħħar tas-sena jrid jintlaħaq qbil dwar abbozz ta’ direttiva li tiġġieled it-terroriżmu, qbil fuq id-direttiva ta’ armi semi-awtomatiċi, kif ukoll iridu jinfetħu proċeduri kontra l-istati membri li mhux jixxerjaw id-DNA u l-fingerprints. Qed jissemmew ukoll ċertu proposti dwar il-fruntieri esterni tal-UE iżda għad irid jintlaħaq qbil dwarhom mill-Parlament u l-Kunsill Ewropew.

SFIDI ĠODDA GĦALL-EWROPA

Il-Kapijiet tal-istati membri tal-UE fi tmiem din il-ġimgħa jiltaqgħu fi Brussell għas-Summit Ewropew. Dan is-Summit mistenni jkun iddominat mill-politika tal-kummerċ ...
Read More

 L-IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI TAL-BREXIT GĦANDHOM IKUNU SPJEGATI

Alfred Sant talab lill-istituzzjonijiet Ewropej li huma involuti fin-negozjati dwar il-BREXIT, biex ikunu ċari kemm jistgħu lejn iċ-ċittadini Ewropej dwar ...
Read More

REAZZJONIJIET KONTRASTANTI GĦALL-BREXIT

Qed ikun hemm reazzjonijiet kontrastanti mis-setturi tal-kummerċ madwar id-dinja dwar l-effetti tal-BREXIT. Il-prospett li r-Renju Unit  joħroġ mill-Unjoni Ewropea qed ...
Read More

IL-ĠERMANJA U L-AWSTRIJA JESTENDU L-KONTROLLI FUQ IL-FRUNTIERI

Il-Ġermanja u l-Awstrija talbu estensjoni ta’ sitt xhur oħra għat-tkomplija tal-kontrolli fuq il-fruntieri tagħhom.  Fit-12 ta’ Mejju  il-Ġermanja, l-Awstrija, L-Isvezja, ...
Read More

APPROVAT RAPPORT TA’ ALFRED SANT DWAR PRIJORITAJIET EKONOMIĊI TAL-UE

Rapport dwar il-prijoritajiet ekonomiċi tal-UE għas-sena 2017 u ppreżentat mill-Ewroparlamentari Alfred Sant ġie approvat mill-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew ...
Read More

L-EWROPA BŻONN RIFORMI LI JINKORAĠĠIXXU L-INVESTIMENTI

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Franċiż François Villeroy de Galhau qal li l-Ewropa għandha bżonn riformi li jinkoraġġixxu l-investimenti u saħaq li ...
Read More

MHUX KULL PAJJIŻ QED IŻOMM ID-DETTALJI TAL-PASSIĠĠIERI MIL-LINJI TAL-AJRU

Numru ta’ stati membri għadhom ma implimentawx pjan fejn il-linji tal-ajru jkunu mitluba jżommu dettalji dwar passiġġieri li jtiru magħhom ...
Read More

B’€1 IL-PARLAMENT EWROPEW JAKKWISTA MUŻEW

Il-Parlament Ewropew beda jikri binja li kienet id-dar tal-artist Belġjan Antoine Wiertz għal prezz simboliku ta’ €1. Il-binja, li saret ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment