Il-forzi tas-sigurta` fl-Ewropa qed ikunu viġilanti ħafna biex jilqgħu għal kull attentat terroristiku li jista’ jsir f’dawn il-ġranet tas-sena. L-aċċess għal żoni pubbliċi fejn isiru s-swieq tradizzjonali tal-Milied qed jingħataw attenzjoni partikolari. Fi Strasburgu – magħrufa bħala l-Kapitali tal-Milied –  fejn din il-ġimgħa ltaqa’ l-Parlament Ewropew qabel ixolji sal-bidu tas-sena, pulizija qed jagħmlu tfittxijiet u jikkontrollaw lil kull min jidħol f’dawn is-swieq tal-Milied.

L-Istat Iżlamiku għadu perikoluż u fil-mira ewlenija tiegħu hemm Franza. Rapport mill-fergħa ta’ kontra t-terroriżmu tal-aġenzija tal-pulizija Ewropea, Europol jgħid li huwa probabbli li jsiru attakki terroristiċi ġodda. Il-Europol qalet li l-IS taf tbiddel it-tattika tagħha u qed tippjana li tuża karozzi bomba biex tolqot l-Ewropa.

L-użu ta’ oġġetti splussivi mixtrija online jew oġġetti militari oħra mpoġġija fil-karozzi, huma komuni ħafna fis-Sirja u l-Iraq, iżda fl-Ewropa għadna ma rajnihomx. Ir-rapport jgħid li huwa naturali li dawn it-tattiċi se jkunu kkopjati mit-terroristi fl-Ewropa.

L-attakki jsiru kemm minn ‘ilpup’ solitarji kif ukoll minn gruppi li jaħdmu flimkien ispirati mill-IS. Splussivi, rifles awtomatiċi, skieken jew karozzi, kollha ntużaw f’attakki ppjanati jew f’oħrajn li dehru aktar spontanji. Il-Europol qalet li l-IS qed ikun effettiv biex iħajjar individwi jikkommettu atti terroristiċi.

L-esperti inkwetati li l-Libja ssir bażi għall-IS minfejn ikunu ppjanati attakki terroristiċi fl-Afrika ta’ Fuq u fl-Ewropa. Fl-2015, il-forzi tas-sigurta` Ewropej arrestaw 667 persuna fuq suspett li ħadu sehem f’attivitajiet tal-IS.

BIŻA’ FIL-MILIED

Il-forzi tas-sigurta` fl-Ewropa qed ikunu viġilanti ħafna biex jilqgħu għal kull attentat terroristiku li jista’ jsir f’dawn il-ġranet tas-sena. L-aċċess ...
Read More

GĦAXAR PAJJIŻI TAL-MEDITERRAN JINGĦAQDU GĦAL SFIDI POLITIĊI U EKONOMIĊI

Għaxar pajjiżi tal-Mediterran enfasizzaw l-għaqda biex jingħelbu sfidi politiċi u ekonomiċi, l-aktar dwar il-futur taż-żgħażagħ u l-immigrazzjoni. Il-ħames membri tal-UE ...
Read More

AKTAR MINN 40% TAL-AWSTRIJAĊI FAVUR IL-LEMIN ESTREM

Ir-riżultat tal-elezzjonijiet presidenzjali Awstrijaċi ħalla kuntenti lil bosta mexxejja Ewropej. Il-President tal-Kunsill tal-Ewropa Donald Tusk qal li fi żmien ta’ ...
Read More

IL-BANEK TA’ DAQS MEDJU JIĦTIĠILHOM TRATTAMENT DIFFERENTI

Alfred Sant qal lill-Kumitat Ekonomiku u Monetarju tal-Parlament Ewropew (ECON) li l-banek ta’ daqs medju mill-ekonomiji żgħar u medji tal-Ewropa ...
Read More

BREXIT: IL-BALLUN F’SAQAJN IL-QRATI INGLIŻI

Il-PM Ingliża Theresa May qed tistenna l-Qorti tiddeċiedi l-Gvern Ingliż jistax jiskatta Artiklu 50 mingħajr ma jgħaddi vot fil-Parlament.  May ...
Read More

PITTELLA FAVUR AĠENDA SOĊJALI ĠDIDA

It-Taljan Gianni Pittella reġa’ ġie elett b’maġġoranza kbira bħala kap tal-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi tal-Parlament Ewropew għat-tieni nofs tal-mandat tal-PE ...
Read More

IL-MINISTRI TAŻ-ŻONA EWRO KALMI WARA L-‘LE’ TAL-ITALJA

Il-Ministri taż-żona ewro ma urewx tħassib għal vot ‘le’ tar-referendum Taljan li wassal għar-riżenja tal-PM Matteo Renzi. Il-Ministru tal-Finanzi Ġermaniż ...
Read More

DISTAKK BEJN  IN-NORD U S-SUD

Alfred Sant qal lill-President tal-Grupp tal-Ewro Jeroen Dijsselbloem li l-investiment għandu jingħata spinta bil-għan li jitnaqqsu d-differenzi bejn l-ekonomiji tan-Nord ...
Read More

SKULTURI TAS-SILĠ FL-OLANDA

F’Amsterdam fetħet wirja spettakolari ta’ skulturi tas-silġ li tibqa' miftuħa  sal-5 ta’ Frar 2017. It-tema ta’ dan il-festival maġiku, li fih ħadu ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment