Il-PM Ingliża Theresa May qed tistenna l-Qorti tiddeċiedi l-Gvern Ingliż jistax jiskatta Artiklu 50 mingħajr ma jgħaddi vot fil-Parlament.  May wiegħdet li tippubblika l-pjan tan-negozjati tal-Brexit qabel ma tinvoka Artiklu 50 f’Marzu.  Il-pjan tal-Brexit min-naħa tal-Gvern Ingliż mistenni jkun ippubblikat f’Jannar jew Frar biex il-Parlament Ingliż u l-poplu Brittanniku jkollu ċ-ċans jiskrutinah.

Michel Barnier, il-Kummissarju inkarigat mill-UE għan-negozjati mar-Renju Unit qal li l-ftehim tad-divorzju jrid jitlesta fi żmien 18-il xahar, jiġifieri sa Ottubru 2018, biex il-Parlament Ewropew jilħaq jirratifikah qabel l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019. Barnier ried juri li l-UE hija lesta biex tibda n-negozjati. Saħaq li s-suq ħieles huwa magħmul mill-moviment ħieles tal-persuni, tas-servizzi, tal-oġġetti u tal-kapital. Stat ma jistax jagħżel li jelimina l-moviment ħieles tal-persuni jekk irid aċċess għall-moviment ħieles tas-servizzi u l-oġġetti.

Barnier ġie kkritikat mir-Renju Unit minħabba l-inflessibilita` tiegħu għax ma ried jibda l-ebda diskussjoni qabel ma jiġi skattat Artiklu 50 b’mod formali.

It-triq tal-Brexit hija legalment kumplessa, politikament sensittiva u żgur li se tħalli impatt fuq il-ġejjieni. Bħalissa l-ballun qiegħed f’idejn il-Qrati Ingliżi.

BIŻA’ FIL-MILIED

Il-forzi tas-sigurta` fl-Ewropa qed ikunu viġilanti ħafna biex jilqgħu għal kull attentat terroristiku li jista’ jsir f’dawn il-ġranet tas-sena. L-aċċess ...
Read More

GĦAXAR PAJJIŻI TAL-MEDITERRAN JINGĦAQDU GĦAL SFIDI POLITIĊI U EKONOMIĊI

Għaxar pajjiżi tal-Mediterran enfasizzaw l-għaqda biex jingħelbu sfidi politiċi u ekonomiċi, l-aktar dwar il-futur taż-żgħażagħ u l-immigrazzjoni. Il-ħames membri tal-UE ...
Read More

AKTAR MINN 40% TAL-AWSTRIJAĊI FAVUR IL-LEMIN ESTREM

Ir-riżultat tal-elezzjonijiet presidenzjali Awstrijaċi ħalla kuntenti lil bosta mexxejja Ewropej. Il-President tal-Kunsill tal-Ewropa Donald Tusk qal li fi żmien ta’ ...
Read More

IL-BANEK TA’ DAQS MEDJU JIĦTIĠILHOM TRATTAMENT DIFFERENTI

Alfred Sant qal lill-Kumitat Ekonomiku u Monetarju tal-Parlament Ewropew (ECON) li l-banek ta’ daqs medju mill-ekonomiji żgħar u medji tal-Ewropa ...
Read More

BREXIT: IL-BALLUN F’SAQAJN IL-QRATI INGLIŻI

Il-PM Ingliża Theresa May qed tistenna l-Qorti tiddeċiedi l-Gvern Ingliż jistax jiskatta Artiklu 50 mingħajr ma jgħaddi vot fil-Parlament.  May ...
Read More

PITTELLA FAVUR AĠENDA SOĊJALI ĠDIDA

It-Taljan Gianni Pittella reġa’ ġie elett b’maġġoranza kbira bħala kap tal-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi tal-Parlament Ewropew għat-tieni nofs tal-mandat tal-PE ...
Read More

IL-MINISTRI TAŻ-ŻONA EWRO KALMI WARA L-‘LE’ TAL-ITALJA

Il-Ministri taż-żona ewro ma urewx tħassib għal vot ‘le’ tar-referendum Taljan li wassal għar-riżenja tal-PM Matteo Renzi. Il-Ministru tal-Finanzi Ġermaniż ...
Read More

DISTAKK BEJN  IN-NORD U S-SUD

Alfred Sant qal lill-President tal-Grupp tal-Ewro Jeroen Dijsselbloem li l-investiment għandu jingħata spinta bil-għan li jitnaqqsu d-differenzi bejn l-ekonomiji tan-Nord ...
Read More

SKULTURI TAS-SILĠ FL-OLANDA

F’Amsterdam fetħet wirja spettakolari ta’ skulturi tas-silġ li tibqa' miftuħa  sal-5 ta’ Frar 2017. It-tema ta’ dan il-festival maġiku, li fih ħadu ...
Read More

 

Facebook Comments

Post a comment