Għaxar pajjiżi tal-Mediterran enfasizzaw l-għaqda biex jingħelbu sfidi politiċi u ekonomiċi, l-aktar dwar il-futur taż-żgħażagħ u l-immigrazzjoni. Il-ħames membri tal-UE tal-Mediterran (Malta, l-Italja, Franza, Portugall u Spanja) u l-5 pajjiżi tal-Unjoni tal-Maghreb (Libja, Tuneżija, Alġerija, Marokk u Mauritania) qablu li jkollhom relazzjonijiet aktar fil-qrib. Dan biex jiżguraw li din iż-żona tkun waħda ta’ paċi. 

Għalissa d-djalogu tal-5+5 se jibqa’ informali. Il-prijoritajiet għad-diskussjonijiet huma ż-żgħażagħ, in-nisa fid-dinja tax-xogħol, l-appoġġ għall-industriji żgħar u medji, il-protezzjoni tal-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli.

L-Alġerija bħalissa għandha l-kopresidenza għas-sentejn li ġejjin u se taħdem għal aktar djalogu speċjalment dwar is-salvataġġi fuq il-baħar, is-sigurta` u l-ġlieda kontra t-terroriżmu. Dan ix-xahar saret laqgħa tal-5+5 dwar is-settur tad-difiża. L-Alġerija qalet li għelbet il-problema tat-terroriżmu waħidha u lesta taqsam l-esperjenza u l-għarfien tagħha fuq dan is-settur mal-pajjiżi l-oħra.

BIŻA’ FIL-MILIED

Il-forzi tas-sigurta` fl-Ewropa qed ikunu viġilanti ħafna biex jilqgħu għal kull attentat terroristiku li jista’ jsir f’dawn il-ġranet tas-sena. L-aċċess ...
Read More

GĦAXAR PAJJIŻI TAL-MEDITERRAN JINGĦAQDU GĦAL SFIDI POLITIĊI U EKONOMIĊI

Għaxar pajjiżi tal-Mediterran enfasizzaw l-għaqda biex jingħelbu sfidi politiċi u ekonomiċi, l-aktar dwar il-futur taż-żgħażagħ u l-immigrazzjoni. Il-ħames membri tal-UE ...
Read More

AKTAR MINN 40% TAL-AWSTRIJAĊI FAVUR IL-LEMIN ESTREM

Ir-riżultat tal-elezzjonijiet presidenzjali Awstrijaċi ħalla kuntenti lil bosta mexxejja Ewropej. Il-President tal-Kunsill tal-Ewropa Donald Tusk qal li fi żmien ta’ ...
Read More

IL-BANEK TA’ DAQS MEDJU JIĦTIĠILHOM TRATTAMENT DIFFERENTI

Alfred Sant qal lill-Kumitat Ekonomiku u Monetarju tal-Parlament Ewropew (ECON) li l-banek ta’ daqs medju mill-ekonomiji żgħar u medji tal-Ewropa ...
Read More

BREXIT: IL-BALLUN F’SAQAJN IL-QRATI INGLIŻI

Il-PM Ingliża Theresa May qed tistenna l-Qorti tiddeċiedi l-Gvern Ingliż jistax jiskatta Artiklu 50 mingħajr ma jgħaddi vot fil-Parlament.  May ...
Read More

PITTELLA FAVUR AĠENDA SOĊJALI ĠDIDA

It-Taljan Gianni Pittella reġa’ ġie elett b’maġġoranza kbira bħala kap tal-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi tal-Parlament Ewropew għat-tieni nofs tal-mandat tal-PE ...
Read More

IL-MINISTRI TAŻ-ŻONA EWRO KALMI WARA L-‘LE’ TAL-ITALJA

Il-Ministri taż-żona ewro ma urewx tħassib għal vot ‘le’ tar-referendum Taljan li wassal għar-riżenja tal-PM Matteo Renzi. Il-Ministru tal-Finanzi Ġermaniż ...
Read More

DISTAKK BEJN  IN-NORD U S-SUD

Alfred Sant qal lill-President tal-Grupp tal-Ewro Jeroen Dijsselbloem li l-investiment għandu jingħata spinta bil-għan li jitnaqqsu d-differenzi bejn l-ekonomiji tan-Nord ...
Read More

SKULTURI TAS-SILĠ FL-OLANDA

F’Amsterdam fetħet wirja spettakolari ta’ skulturi tas-silġ li tibqa' miftuħa  sal-5 ta’ Frar 2017. It-tema ta’ dan il-festival maġiku, li fih ħadu ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment