Alfred Sant qal lill-Kumitat Ekonomiku u Monetarju tal-Parlament Ewropew (ECON) li l-banek ta’ daqs medju mill-ekonomiji żgħar u medji tal-Ewropa ta’ isfel jixirqilhom trattament differenti mill-banek tat-Tramuntana tal-Ewropa.  Dr Sant kien qed jitkellem waqt sessjoni ta’ skambju ta’ ideat ma’ Elke Konig, il-Presidenta tas-Single Resolution Board, l-Awtoritá inkarigata  milli tiżgura li banek Ewropej li jkollhom diffikultajiet finanzjarji jiġu sorveljati tajjeb. B’reazzjoni għall-kummenti ta’ Dr Sant, Konig saħqet li huma jagħmlu minn kollox biex ma japplikawx ir-regoli bl-istess mod għal kulħadd, imma mbagħad qalet ukoll li ma tantx hemm differenza bejn banek tan-nord u dawk tas-sud u li għandhom jiġu ttrattati b’mod konsistenti skond ir-regoli tal-UE.

Dr Sant staqsa jekk l-użu ta’ metodoloġiji armonizzati setgħux jaffettwaw il-mudell tal-banek fl-Ewropa ta’ isfel. Dwar l-importanza li Mrs Konig qed tagħti lill-armonizzazzjoni f’das-settur, Dr Sant staqsiha jekk taqbilx li dan jiżviluppa fuq linja ta’ ‘one-size-fits-all’.

“Din l-armonizzazzjoni tista’ tnaqqas il-flessibilita` finanzjarja tal-banek żgħar u medji fl-Ewropa ta’ isfel fl-ambjent relattivament żgħir tagħhom bil-periklu li ma jibqgħux kompetittivi mal-banek kbar tal-Ewropa ta’ Fuq.” irrimarka l-Ewroparlamentari Malti.”

F’intervent ieħor f’laqgħa oħra tal-ECON dwar iż-żona ewro, Dr Sant qal li r-regoli taż-żona ewro għandhom jiġu aġġornati biex jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi li dejjem jinbidlu.

 

Tista’ ssegwi l-interventi ta’ Dr Sant and Mrs Konig fuq din il-link:

https://www.youtube.com/watch?v=pgs2kHvOBug

BIŻA’ FIL-MILIED

Il-forzi tas-sigurta` fl-Ewropa qed ikunu viġilanti ħafna biex jilqgħu għal kull attentat terroristiku li jista’ jsir f’dawn il-ġranet tas-sena. L-aċċess ...
Read More

GĦAXAR PAJJIŻI TAL-MEDITERRAN JINGĦAQDU GĦAL SFIDI POLITIĊI U EKONOMIĊI

Għaxar pajjiżi tal-Mediterran enfasizzaw l-għaqda biex jingħelbu sfidi politiċi u ekonomiċi, l-aktar dwar il-futur taż-żgħażagħ u l-immigrazzjoni. Il-ħames membri tal-UE ...
Read More

AKTAR MINN 40% TAL-AWSTRIJAĊI FAVUR IL-LEMIN ESTREM

Ir-riżultat tal-elezzjonijiet presidenzjali Awstrijaċi ħalla kuntenti lil bosta mexxejja Ewropej. Il-President tal-Kunsill tal-Ewropa Donald Tusk qal li fi żmien ta’ ...
Read More

IL-BANEK TA’ DAQS MEDJU JIĦTIĠILHOM TRATTAMENT DIFFERENTI

Alfred Sant qal lill-Kumitat Ekonomiku u Monetarju tal-Parlament Ewropew (ECON) li l-banek ta’ daqs medju mill-ekonomiji żgħar u medji tal-Ewropa ...
Read More

BREXIT: IL-BALLUN F’SAQAJN IL-QRATI INGLIŻI

Il-PM Ingliża Theresa May qed tistenna l-Qorti tiddeċiedi l-Gvern Ingliż jistax jiskatta Artiklu 50 mingħajr ma jgħaddi vot fil-Parlament.  May ...
Read More

PITTELLA FAVUR AĠENDA SOĊJALI ĠDIDA

It-Taljan Gianni Pittella reġa’ ġie elett b’maġġoranza kbira bħala kap tal-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi tal-Parlament Ewropew għat-tieni nofs tal-mandat tal-PE ...
Read More

IL-MINISTRI TAŻ-ŻONA EWRO KALMI WARA L-‘LE’ TAL-ITALJA

Il-Ministri taż-żona ewro ma urewx tħassib għal vot ‘le’ tar-referendum Taljan li wassal għar-riżenja tal-PM Matteo Renzi. Il-Ministru tal-Finanzi Ġermaniż ...
Read More

DISTAKK BEJN  IN-NORD U S-SUD

Alfred Sant qal lill-President tal-Grupp tal-Ewro Jeroen Dijsselbloem li l-investiment għandu jingħata spinta bil-għan li jitnaqqsu d-differenzi bejn l-ekonomiji tan-Nord ...
Read More

SKULTURI TAS-SILĠ FL-OLANDA

F’Amsterdam fetħet wirja spettakolari ta’ skulturi tas-silġ li tibqa' miftuħa  sal-5 ta’ Frar 2017. It-tema ta’ dan il-festival maġiku, li fih ħadu ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment