Is-settur tal-manifattura tar-Renju Unit fil-bidu ta’ din is-sena rrapporta rata għolja fl-esportazzjoni, ferm ogħla mir-rata ta’ dawn l-aħħar sentejn. Is-settur tas-servizzi wkoll irreġistra tkabbir b’saħħtu. Din l-aħbar hija pożittiva għax il-maġġor parti tas-settur privat Brittanniku huwa magħmul proprju mis-servizzi. Il-Kamra tal-Kummerċ Brittannika qalet li l-prospetti immedjati  jidhru tajbin ħafna. Iżda  għall-futur aktar imbiegħed hemm it-tħassib li se jiżdiedu l-ispejjeż.

Ir-rota tal-Ekonomija Brittannika għadha ddur minkejja t-tbassir tal-ekonomisti wara l-Brexit. L-esportaturi huma pożittivi hekk kif l-ekonomija globali qed tirpilja u l-isterlina tilfet mill-valur. L-ekonomisti qed ibassru li aktar tard din is-sena l-konsumaturi se jintlaqtu mill-inflazzjoni. Din mistennija togħla aktar u magħha jogħlew il-prezzijiet fir-Renju Unit, speċjalment dawk tal-ikel u tal-elettriku. Imħassba wkoll in-negozji ż-żgħar għax ma jafux se jiġri fl-2019 meta r-Renju Unit ikun ħareġ definittivament mill-Unjoni. F’kas li jkollhom jibdew iħallsu xi tariffi biex jesportaw lejn l-Unjoni, jaf jibdew jaqtgħu qalbhom.

S’issa l-konsumaturi għadhom kunfidenti u l-bejgħ ta’ oġġetti u servizzi miexi tajjeb ħafna.

MAY TFITTEX MANDAT B’SAĦĦTU

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May qed tfittex mandat speċifiku biex tinnegozja l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE.  May ħasdet lil kulħadd dil-ġimgħa ...
Read More

KAPITLU ĠDID FIT-TURKIJA

It-Turkija kitbet kapitlu ġdid fl-istorja tagħha bir-Referendum li approva bidliet kostituzzjonali li jagħtu poteri ġodda lill-President, Recep Tayipp Erdoğan, seklu ...
Read More

IT-TELLIEQA FRANĊIŻA

Lejlet l-elezzjoni fi Franza l-investituri mħassba dwar il-possibilita` li l-President tal-Front Nazzjonali Franċiż Marine Le Pen iġġib l-aktar voti. Le ...
Read More

IŻ-ŻGĦAR JAPPOĠĠJAW LIL MERKEL

Stħarriġ fost l-opinjoni pubblika juri li dawk li se jivvotaw l-ewwel darba fil-Ġermanja huma favur il-Kanċilliera Angela Merkel. Merkel għadha ...
Read More

TAS-SUD IRIDU AKTAR KOEŻJONI SOĊJALI U EKONOMIKA

Il-mexxejja tas-seba’ pajjiżi tas-Sud tal-Ewropa – Malta, Ċipru, Spanja, Franza, Greċja, Italja u Portugall – qablu li l-Unjoni għandha tirrispetta ...
Read More

IL-KRIMINALITA` ONLINE PRIJORITA` GĦALL-KUMMISSJONI EWROPEA

Il-kriminalita` organizzata qed tuża dejjem aktar l-internet u l-attakki li jsiru online qed jiżdiedu fil-kwantita` u qed jitjiebu fil-kwalita`. Il-Kummissjoni ...
Read More

MANIFATTURA U SERVIZZI B’SAĦĦITHOM FIR-RENJU UNIT

Is-settur tal-manifattura tar-Renju Unit fil-bidu ta’ din is-sena rrapporta rata għolja fl-esportazzjoni, ferm ogħla mir-rata ta’ dawn l-aħħar sentejn. Is-settur ...
Read More

M’HEMMX UNJONI EWROPEA MINGĦAJR DIMENSJONI SOĊJALI

Il-Grupp tal-S&D qed jaħdem biex tkun implimentata leġislazzjoni li tiżgura kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti, paga li l-Ewropej jistgħu jgħixu biha u ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment