It-Turkija kitbet kapitlu ġdid fl-istorja tagħha bir-Referendum li approva bidliet kostituzzjonali li jagħtu poteri ġodda lill-President, Recep Tayipp Erdoğan, seklu wara li Ataturk waqqaf Repubblika fuq l-irmied tal-Imperu Ottoman.

Ir-reazzjonijiet fl-Ewropa kienu kawti, b’kuntrast ma’ Trump li feraħ lil Erdoğan għar-rebħa tiegħu.

Il-Kanċillier Awstrijakk Christian Kern kien l-aktar voċiferu meta qal li l-UE għandha ttemm it-taħditiet dwar is-sħubija tat-Turkija fl-UE. Pront wieġeb Erdoğan : “Ilna 54 nistennew fuq l-għatba tal-UE. Issa npoġġu bil-qiegħda u nitkellmu u anke nistgħu nagħmlu Referendum dwar is-sħubija ta’ pajjiżna fl-UE. Ma jinteressanix x’taħseb l-UE, x’jaħsbu George, Hans u Helga. Li jgħodd għalina x’jaħsbu Ayse, Murat, Mehmet, Hatice”.

Erdoğan reġa’ wissa li jista’ jagħmel Referendum fuq il-piena tal-mewt, deċiżjoni li tkun tfisser it-tmiem immedjat tad-diskussjonijiet dwar sħubija.  Fi Brussell, Pariġi u Berlin intqal li dan itemm kull prospett ta’ ftehim mal-UE. It-Turkija kienet neħħiet il-piena tal-mewt fl-2004 biex setgħet tiddiskuti s-sħubija tagħha fl-UE.

Ir-relazzjonijiet bejn l-Ewropa u t-Turkija jistgħu jmorru għall-agħar fi żmien li l-ftehim dwar ir-rifuġjati huwa kruċjali għall-kontinent Ewropew. It-Turkija ilha tikkritika lill-UE li qed tkaxkar saqajha dwar il-ftehim ta’ Marzu 2016 dwar l-immigrazzjoni. Minn €3 biljun imwegħda, s’issa ġew allokati biss €750 miljun għall-ħarsien tar-refuġjati fit-Turkija.

Kien x’kien ir-riżultat tar-Referendum, l-UE ma tistax tinjora l-importanza ta’ relazzjonijiet mill-qrib mat-Turkija. Kemm jekk it-Turkija tibqa’ tgħożż il-valuri Repubblikani ta’ Ataturk, kemm jekk tmur lura għaż-żmien is-Sultanat Tork ta’ aktar minn mitt sena ilu.

MAY TFITTEX MANDAT B’SAĦĦTU

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May qed tfittex mandat speċifiku biex tinnegozja l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE.  May ħasdet lil kulħadd dil-ġimgħa ...
Read More

KAPITLU ĠDID FIT-TURKIJA

It-Turkija kitbet kapitlu ġdid fl-istorja tagħha bir-Referendum li approva bidliet kostituzzjonali li jagħtu poteri ġodda lill-President, Recep Tayipp Erdoğan, seklu ...
Read More

IT-TELLIEQA FRANĊIŻA

Lejlet l-elezzjoni fi Franza l-investituri mħassba dwar il-possibilita` li l-President tal-Front Nazzjonali Franċiż Marine Le Pen iġġib l-aktar voti. Le ...
Read More

IŻ-ŻGĦAR JAPPOĠĠJAW LIL MERKEL

Stħarriġ fost l-opinjoni pubblika juri li dawk li se jivvotaw l-ewwel darba fil-Ġermanja huma favur il-Kanċilliera Angela Merkel. Merkel għadha ...
Read More

TAS-SUD IRIDU AKTAR KOEŻJONI SOĊJALI U EKONOMIKA

Il-mexxejja tas-seba’ pajjiżi tas-Sud tal-Ewropa – Malta, Ċipru, Spanja, Franza, Greċja, Italja u Portugall – qablu li l-Unjoni għandha tirrispetta ...
Read More

IL-KRIMINALITA` ONLINE PRIJORITA` GĦALL-KUMMISSJONI EWROPEA

Il-kriminalita` organizzata qed tuża dejjem aktar l-internet u l-attakki li jsiru online qed jiżdiedu fil-kwantita` u qed jitjiebu fil-kwalita`. Il-Kummissjoni ...
Read More

MANIFATTURA U SERVIZZI B’SAĦĦITHOM FIR-RENJU UNIT

Is-settur tal-manifattura tar-Renju Unit fil-bidu ta’ din is-sena rrapporta rata għolja fl-esportazzjoni, ferm ogħla mir-rata ta’ dawn l-aħħar sentejn. Is-settur ...
Read More

M’HEMMX UNJONI EWROPEA MINGĦAJR DIMENSJONI SOĊJALI

Il-Grupp tal-S&D qed jaħdem biex tkun implimentata leġislazzjoni li tiżgura kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti, paga li l-Ewropej jistgħu jgħixu biha u ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment