L-Unjoni Ewropea qed tippjana djalogu mat-Turkija fis-Summit tan-NATO fil-25 ta’ Mejju. Ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini qalet li t-Turkija trid tirrispetta l-liġi tad-dritt jekk trid tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.
“Jekk it-Turkija hija interessata fin-negozjati għad-dħul fl-Unjoni, taf li dan jimplika ċertu regoli speċjalment fil-qasam tad-drittijiet umani, il-liġi tad-dritt, id-demokrazija, u l-libertajiet fundamentali li jinkludu l-liberta` tal-espressjoni fil-qasam tax-xandir, l-assenza tal-piena kapitali u r-rispett tal-liġi internazzjonali.” qalet Mogherini.
Mogherini qalet li dawn ir-regoli huma ċari u magħrufa mit-Turkija u li issa it-Torok iridu juru jixtiqux jingħaqdu fl-UE jew le. Ir-Rappreżentanta Għolja qalet ukoll li f’dan l-istadju n-negozjati tad-dħul tat-Turkija fil-UE se jkomplu u mhux se jkunu sospiżi. Madanakollu ma hemmx pjanijiet li jinfetħu kapitli ta’ negozjati ġodda. Il-ftuħ ta’ kapitli ġodda ta’ negozjati jeħtieġu vot unanimu mill-Istati Membri tal-UE.
Fis-6 ta’ April it-Turkija approvat referendum li biddel il-kostituzzjoni tal-pajjiż u ta aktar saħħa lil President Erdogan. Fil-fehma ta’ Mogherini dan ma jfissirx it-tmiem tan-negozjati tal-UE mat-Turkija għax kollox jiddependi fuq kif dawn l-emendi se jkunu implimentati.
JIDDEĊIEDU POST FRANZA FL-UE
Read MoreL-UE FAVUR DJALOGU MAT-TURKIJA
Read MoreIS-27 LESTI GĦAN-NEGOZJATI TAL-BREXIT
Read MoreID-DIVALWAZZJONI INTERNA TEFFETTWA ĦAŻIN IL-KOEŻJONI SOĊJALI
Read MoreIL-ĠRAJJIET FI FRANZA, L-UKRAINA U T-TURKIJA JIGGRAVAW IL-KSUR TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM
Read MoreAKTAR JEW ANQAS EWROPA SOĊJALI?
Read MoreL-UE TAGĦTI L-AŻIL LIL 700,000 IMMIGRANT FL-2016
Read MoreL-EWROPEJ FAVUR L-GĦAJNUNA UMANITARJA
Read More
Post a comment