F’sentejn irdoppjaw l-arresti marbuta mat-terroriżmu ġiħadista fl-Ewropa. Dan kien żvelat minn rapport tal-Aġenzija tal-Pulizija Ewropea Europol. Fl-2016, 718 persuna ġew arrestati fuq suspett ta’ reati marbuta mat-terroriżmu ġiħadista. Fl-2014 ġew arrestati 395 persuna. Il-parti l-kbira tal-arresti (total ta’ 1, 002) saru fi Franza (456), ir-Renju Unit (149) u Spanja (120).
In-numru ta’ attakki ispirati mill-ġiħadisti naqas minn 17 fl-2015 għal 13 fl-2016. 6 minn dawn l-attakki kienu marbuta mal-Istat Iżlamiku. Fl-2016 mietu 142 persuna f’attakki terroristiċi u 135 f’attakki ġiħadisti. Fl-2016 kienu rrapportati 142 każ ta’ attakki li ma rnexxewx fi tmien stati membri. Aktar min-nofshom (76) kienu rrapportati mir-Renju Unit. Franza rrapportat 23 attakk, l-Italja 17 u Spanja 10.
Id-Direttur Eżekuttiv tal-Europol Rob Wainwright stqarr li “Il-ħtieġa tal-qsim ta’ informazzjoni qatt ma kienet daqshekk evidenti”. Ir-rapport żvela kif in-nisa u l-adulti ż-żgħar u anki t-tfal qed ikollhom rwol aktar importanti. Kważi terz tal-persuni arrestati kellhom 25 sena jew anqas, filwaqt li waħda minn kull erba’ persuni arrestati kienet mara (26%).
MALTA U L-BREXIT
Read More
SPINTA LILL-POLITIKA EWROPEA TA’ DIFIŻA
Read More
IL-ĠERMANJA FAVUR AKTAR GĦAQDA EKONOMIKA U MONETARJA
Read More
F’SENTEJN JIRDOPPJAW L-ARRESTI TAL-ĠIĦADISTI
Read More
IS-SANZJONIJIET RUSSI ESTIŻI SA ĠUNJU 2018
Read More
GĦANDHOM JITĦARSU D-DRITTIJIET SOĊJALI FL-EWROPA
Read More
L-IMF OTTIMISTA DWAR IŻ-ŻONA EWRO
Read More
F’RISKJU L-ISTOKKS TAL-ĦUT FIL-MEDITERRAN
Read More
Post a comment