RYANAIR qalet li ma kinitx se tibbukkja titjiriet ġodda ma’ linji oħra tal-ajru għall-passiġġiera li ntlaqtu minn kanċellazzjonijiet ta’ 50 titjira kuljum sal-aħħar ta’ Ottubru f’pajjiżi Ewropej. “Ma nifilħux inħallsu t-titjiriet ma’ linji tal-ajru oħra għal dawk li ntlaqtu ħażin. Lanqas mhu se nagħtu kumpens għall-bookings ta’ lukandi jew karozzi tal-kiri’, qal Michael O’Leary, CEO ta’ Ryanair.
Fil-Parlament Ewropew Alfred Sant staqsa lill-Kummissjoni Ewropea biex tgħid x’azzjonijiet qed tipprepara kontra Rynair wara li din il-linja tal-ajru ħassret numru kbir ta’ titjiriet f’pajjiżi Ewropej. Ryanair ħabbret li se tkun qed tikkanċella bejn 40 u 50 titjira kuljum sal-aħħar ta’ Ottubru li se jħallu impatt fuq 400,000 passiġġier.
“Fuq il-bażi li Ryanair iggwadanjat pożizzjoni dominanti f’dawn l-aħħar snin fuq numru kbir ta’ rotot tal-ajru fl-Ewropa, kif ukoll minħabba l-mod kif ikkanċellat numru kbir ta’ titjiriet u kif dawn se jaffettwaw stati membri varji tal-Unjoni Ewropea, liema azzjoni se tkun qed tieħu l-Kummissjoni Ewropea lejn Ryanair?” staqsa Dr Sant.
Ryanair infurmat lil 400,000 passiġġier li t-titjiriet tagħhom ġew ikkanċellati minħabba taħwid fir-roster tal-piloti.
RYANAIR TĦARBAT TITJIRIET TA’ 400,000 PASSIĠĠIER
Read More
FEJN SEJRA L-EWROPA?
Read More
INSAĦĦU L-KISBIET U NWITTU D-DIVERĠENZI FL-EWROPA
Read More
L-UE U R-RENJU UNIT JEĦTIEĠU RELAZZJONIJIET TAJBIN WARA L-BREXIT
Read More
IRIDU JĠEDDU L-KONTROLLI FUQ IL-FRUNTIERI
Read More
TLIET PRIJORITAJIET TA’ MOSCOVICI FIT-TASSAZZJONI
Read More
BATTIBEKKI DWAR IT-TURKIJA
Read More
IS-SOĊJAL-DEMOKRATIĊI JĦEJJU GĦALL-2019
Read More
Post a comment