Fid-diskors dwar l-istat tal-Unjoni indirizzat mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker tfasslu l-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea għaż-żmien li ġej. Juncker kien aktar pożittiv mid-diskors tas-sena li għaddiet u did-darba saħaq fuq aktar għaqda Ewropea.
Juncker qal li l-munita Ewro għandha tkun il-munita waħdanija tal-Unjoni Ewropea. Bħalissa hemm 19-il pajjiż membru fiż-żona ewro. Juncker qal aktar pajjiżi għandhom jidħlu fiż-żona ewro u dawn għandhom ikunu megħuna biex jilħqu l-kriterji u jaddottaw din il-munita. Juncker semma wkoll il-proposta ta’ Ministru tal-Finanzi għaż-żona tal-Ewro li jsus fuq il-pajjiżi huma u jwettqu r-riformi finanzjarji u jiffaċilita l-użu tal-għodod finanzjarji tal-Unjoni Ewropea mill-pajjiżi membri.
Fost l-iktar proposta li taffettwa l-gżejjer Maltin hija dik dwar it-tassazzjoni. Juncker jemmen li l-Unjoni m’għandhiex tħalli d-dritt tan-nazzjonijiet għal veto fil-qasam tat-tassazzjoni ġaladarba r-Renju Unit tħalli l-Unjoni Ewropea. Juncker qal li f’ċertu oqsma fit-tassazzjoni u fil-qasam finanzjarju l-vot li jittieħed għandu jsir b’maġġoranza kwalifikata u mhux bl-unanimita`. Maġġoranza kwalifikata tfisser li 55% tal-istati membri jivvotaw favur – fil-prattika din tfisser 16 minn 28 pajjiż li fihom ikunu rappreżentati 65% tal-popolazzjoni tal-UE.
Juncker jemmen li l-UE għandha tieħu l-għamla ta’ stat federali mmexxi bil-valuri komuni tal-liberta` u s-saltna tad-dritt fejn kull ċittadin u ħaddiem huwa trattat l-istess. Il-President jixtieq it-twessigħ taż-żona Schengen, liġijiet ġodda fil-qasam tal-kummerċ li jħarsu kumpaniji strateġiċi Ewropej milli jinxtraw minn pajjiżi ’l barra mill-Unjoni, jixtieq jara Unjoni fil-qasam tad-Difiża sas-sena 2025 u jixtieq jara wkoll kaptan wieħed għall-Kummissjoni u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li bħalissa għandhom President kull wieħed. Il-viżjoni ta’ Juncker qalgħet ċapċip fost dawk li jemmnu bis-sħiħ fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea iżda qanqlet il-kritika ta’ dawk li jemmnu l-aktar fis-sovranita` tal-pajjiżi. Fil-ġejjieni se nkunu qed naraw kemm se jitwettqu bil-qawwa l-pjanijiet ta’ Juncker u l-effetti tagħhom fuq il-bqija tal-istati membri tal-UE.
RYANAIR TĦARBAT TITJIRIET TA’ 400,000 PASSIĠĠIER
Read MoreFEJN SEJRA L-EWROPA?
Read MoreINSAĦĦU L-KISBIET U NWITTU D-DIVERĠENZI FL-EWROPA
Read MoreL-UE U R-RENJU UNIT JEĦTIEĠU RELAZZJONIJIET TAJBIN WARA L-BREXIT
Read MoreIRIDU JĠEDDU L-KONTROLLI FUQ IL-FRUNTIERI
Read MoreTLIET PRIJORITAJIET TA’ MOSCOVICI FIT-TASSAZZJONI
Read MoreBATTIBEKKI DWAR IT-TURKIJA
Read MoreIS-SOĊJAL-DEMOKRATIĊI JĦEJJU GĦALL-2019
Read More
Post a comment