Huwa fl-interess tal-UE u tar-Renju Unit li jintlaħaq qbil u li jkun hemm relazzjonijiet tajbin bejn iż-żewġ naħat wara l-Brexit. Alfred Sant qal dan waqt intervista fi Brussell mal-ġurnalist Georg Von Harrach tal-istazzjon televiżiv Britanniku Channel 4 wara li kien żvelat il-pjan tal-gvern Britanniku dwar l-immigrazzjoni.

Dr Sant qal li t-ton tal-proposti Britanniċi se jwebbsu l-pożizzjoni ta’ ċertu stati membri, speċjalment dawk tal-Lvant tal-Ewropa, li fl-istadji bikrin kienu jkunu simpatetiċi ħafna għall-Brexit.

“Min-naħa l-oħra ż-żewġ partijiet għandhom x’jitilfu u x’jiggwadanjaw. Il-Ġermaniżi u l-Franċiżi għandhom jiggwadanjaw fis-servizzi finanzjarji li se jkunu qed jitilfu l-Britanniċi. Fil-qasam tal-kummerċ tal-oġġetti – iż-żewġ naħat għandhom x’jitilfu u x’jiggwadanjaw. Kull parti se tkun qed tagħmel il-kalkoli tagħha biex timxi ’l quddiem … Ir-Renju Unit se jipprova jieħu l-aħjar ftehim filwaqt li l-Ewropej se jirrestrinġu dan u jiksbu huma l-aħjar ftehim. Għalhekk f’dan l-istadju għad ma hemm xejn definit. Iż-żewġ naħat qed ifasslu l-punti ta’ negozjar fid-dettall. Se jkollhom joħorġu b’deċiżjonijiet li jirriflettu s-saħħa politika tagħhom.”

“Bħala eks-Prim Ministru, x’taħseb mit-tattiċi Britanniċi fin-negozjati sa issa?” staqsa l-ġurnalist ta’ Channel 4 lil Dr Sant.

“Ifakkruni fit-tattiċi li kienet tuża Malta fis-snin sebgħin mal-Britanniċi fuq l-użu ta’ bażi militari fuq il-Gżira. Tibda minn pożizzjoni b’saħħitha u kull ma jmur tinnegozja.” qal Dr Sant.

 

Tista’ ssegwi l-intervista fuq din il-link:

https://www.youtube.com/watch?v=0zY9QBHp5_Y&feature=youtu.be

 

RYANAIR TĦARBAT TITJIRIET TA’ 400,000 PASSIĠĠIER

RYANAIR qalet li ma kinitx se tibbukkja titjiriet ġodda ma’ linji oħra tal-ajru għall-passiġġiera li ntlaqtu minn kanċellazzjonijiet ta’ 50 ...
Read More

FEJN SEJRA L-EWROPA?

Fid-diskors dwar l-istat tal-Unjoni indirizzat mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker tfasslu l-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea għaż-żmien li ġej. Juncker ...
Read More

INSAĦĦU L-KISBIET U NWITTU D-DIVERĠENZI  FL-EWROPA

Fil-Parlament Ewropew Alfred Sant saħaq dwar il-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea tikkonsolida l-kisbiet tagħha biex tnaqqas u twitti d-diverġenzi li nħolqu ...
Read More

L-UE U R-RENJU UNIT JEĦTIEĠU RELAZZJONIJIET TAJBIN WARA L-BREXIT

Huwa fl-interess tal-UE u tar-Renju Unit li jintlaħaq qbil u li jkun hemm relazzjonijiet tajbin bejn iż-żewġ naħat wara l-Brexit ...
Read More

IRIDU JĠEDDU L-KONTROLLI FUQ IL-FRUNTIERI

L-Awstrija, Franza, il-Ġermanja, id-Danimarka u n-Norveġja jridu jġeddu d-dritt li jwettqu l-kontrolli  fuq il-fruntieri minkejja li qegħdin fiż-żona Schengen. Dawn ...
Read More

TLIET PRIJORITAJIET TA’ MOSCOVICI FIT-TASSAZZJONI

It-Tassazzjoni hija l-prijorita` tal-Kummissarju tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji Pierre Moscovici meta f’Ottubru l-Kummissarju se jippreżenta pjan dwar il-VAT bi tliet ...
Read More

BATTIBEKKI DWAR IT-TURKIJA

Angela Merkel taqbel li għandhom jieqfu n-negozjati tad-dħul tat-Turkija fl-Unjoni Ewropea. Ir-relazzjonijiet tat-Turkija u l-UE u tat-Turkija mal-Ġermanja iddeterjoraw sewwa ...
Read More

IS-SOĊJAL-DEMOKRATIĊI JĦEJJU GĦALL-2019

Il-mexxejja soċjal-demokratiċi tal-Ewropa se jiddibattu ideat biex iġeddu s-soċjaliżmu fl-Ewropa, flimkien mas-soċjeta` ċivili u akkademiċi fit-18 u 19 ta’ Ottubru ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment