L-elezzjonijiet fir-Repubblika Ċeka fl-20 u l-21 ta’ dan ix-xahar se jiddiżappuntaw lill-President tal-KE Juncker li saħaq li jixtieq lill-istati membri tal-UE, ħlief dawk li għandhom ftehim differenti, jaddottaw l-ewro. Ir-Repubblika Ċeka ma għandhiex il-ħsieb li taqta’ xewqet Juncker. Is-sħubija tal-pajjiż fl-Unjoni kienet diskussa ħafna matul il-kampanja elettorali ta’ dan il-pajjiż u l-parti l-kbira tal-partiti politiċi qed jeskludu l-mossa li jdaħħlu l-munita ewro fil-ġejjieni qarib.
Il-favorit fit-tellieqa għal Prim Ministru huwa Andrej Babis, ex-ministru tal-finanzi u t-tieni l-aktar bniedem sinjur fil-pajjiż. Babis imexxi l-moviment ANO (li biċ-Ċek tfisser IVA) u ġibed ħafna ċittadini miegħu li mhux sodisfatti bir-realtajiet preżenti. Babis jagħmel parti mill-grupp tal-Liberali ALDE tal-Parlament Ewropew u kien favur il-munita ewro. Iżda issa qed jisħaq li pajjiżu għandu jżomm il-koruna. “Ma rridux l-ewro hawnhekk. Kullħadd jaf li munita falluta,” qal Babis lil ġurnali. “Ma rridx kwistjoni oħra fejn Brussell tista’ ddaħħal denbha.”
Skont stħarriġ pubbliku, 72% taċ-Ċeki kontra l-adozzjoni tal-munita ewro.
Ħafna Ċeki huma wkoll kontra l-politika tal-kwoti tal-immigranti tal-Kummissjoni Ewropea. Andrej Babis kemm-il darba tkellem kontra din il-politika u qal li mhux se jaċċetta immigranti.
Andrej Babis mistenni jirbaħ l-elezzjonijiet fir-Repubblika Ċeka imma mingħajr maġġoranza assoluta fil-parlament wara kampanja mmarkata bi skandli li involvewh bi kbir. Babis qed ikun akkużat bi frodi ta’ €2 miljun ewro f’sussidji. Hu qed jgħid li mhux ħati u qal li dawn l-allegazzjonijiet huma gideb biex itellfuh fit-tellieqa politika.
EWROPA FEDERALI TITFI L-VUĊI TA’ STATI MEMBRI ŻGĦAR
Read MoreTASSAZZJONI : PARIĠI U WASHINGTON MA JAQBLUX DWAR IL-ĠGANTI TAL-INTERNET
Read MoreIR-RENJU UNIT IĦEJJI FTEHIMIET TA’ KUMMERĊ MA’ PAJJIŻI OĦRA
Read MoreIKLA GĦALL-VISEGRAD QABEL IS-SUMMIT
Read MoreAKTAR ŻMIEN GĦALL-KUMPANIJI TAL-ASSIGURAZZJONI
Read MoreX’JISTENNEW L-GĦAWDXIN MILL-EWROPA?
Read MoreIĊ-ĊEKI MA JRIDUX L-EWRO
Read More200,000 IMMIGRANT GĦALL-ĠERMANJA
Read More
Post a comment