Ir-Renju Unit qed iwissi dwar aktar attakki kumplessi u aktar atroċi mill-ISIS fl-Ewropa u qed jisħaq dwar il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni sħiħa mill-pajjiżi Ewropej kollha dwar it-terroriżmu, qal Andrew Parker, direttur tas-servizzi sigrieti Britanniċi.
Fl-istess waqt il-Gvern Britanniku żvela l-pjanijiet tiegħu għar-relazzjonijiet futuri mal-UE fil-qasam tas-sigurta`. Ir-Renju Unit jixtieq ‘Partnership’ mill-qrib mal-UE dwar is-sigurta` li permezz tiegħu ż-żewġ naħat jaħdmu flimkien kontra t-theddid globali tat-terroriżmu, il-kriminalita` online u d-diżastri naturali. Din is-sħubija tkun ibbażata fost oħrajn fuq is-sigurta` interna u esterna u fuq skambju ta’ informazzjoni.
Ir-Renju Unit qed jippjana abbozz ta’ trattat fuq is-sigurta` interna li jkopri l-kooperazzjoni mistennija minn pajjiżi terzi, iżda li fl-istess ħin iżżomm il-livell ta’ protezzjoni li l-pajjiż għandu bħalissa. Il-Gvern Britanniku jsostni li relazzjoni differenti minn dik li qed jipproponi tfisser pass lura meta kkomparat mal-livell ta’ protezzjoni li qed tipprovdi bħalissa.
Ir-Renju Unit se jħaddem 40 mekkaniżmu Ewropew fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni biex tinżamm kooperazzjoni kbira mal-Europol u l-Eurojust u jkunu jistgħu jibqgħu jinħarġu mandati ta’ arrest Ewropej.
Ir-Renju Unit qed jipproponi wkoll li jieħu sehem f’missjonijiet partikolari Ewropej ta’ sigurta` u difiża billi jipprovdi l-esperti tiegħu.
IR-RENJU UNIT IWISSI DWAR AKTAR ATTAKKI ATROĊI MILL-ISIS FL-EWROPA
Read More
MA JAQBLUX MAL-PROPOSTI TAL-KE DWAR IL-BAĠIT
Read More
TRID TAGĦTI GARANZIJA DWAR L-ISTAT TAD-DRITT SA ĠUNJU
Read More
JIMBLOKKAW DIKJARAZZJONI TAL-UE KONTRA L-AMBAXXATA AMERIKANA F’ĠERUSALEMM
Read More
TRASPORT EFFIĊJENTI ESSENZJALI GĦAT-TKABBIR U L-IŻVILUPP FL-EWROPA
Read More
ĊEKI JAQILGĦU TLIET DARBIET AKTAR FIL-ĠERMANJA
Read More
L-EBDA SINJAL MINN RUMA DWAR IR-REFUĠJATI FIT-TURKIJA
Read More
5.4 MILJUN IMMIGRANT TIFEL U TIFLA JGĦIXU FL-EWROPA
Read More
Post a comment