Il-Gvern Pollakk qed jintalab jagħti garanziji u eżempji konkreti tal-progress fl-indipendenza tal-ġudikatura. Din it-talba saret dwar il-proċedura li nfetħet kontrih mill-Kummissjoni Ewropea f’Diċembru 2017 li skont it-Trattat tal-UE tippenalizza lil Polonja billi fost oħrajn ittellifha d-dritt tal-vot.
Il-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea Frans Timmermans u l-Ministri tal-Istati Membri responsabbli mill-Affarijiet Ewropej bagħtu dan il-messaġġ lil Polonja meta ltaqgħu Brussell kmieni din il-ġimgħa.
Il-Ministru Franċiża Nathalie Loiseau qalet li ż-żmien li ngħatat il-Polonja biex tirranġa l-affarijiet għadda. Il-Kummissjoni Ewropea f’Diċembru kienet tat lill-Gvern Pollakk tliet xhur biex jaddotta ir-rakkomandazzjonijiet tagħha fuq l-indipendenza tal-ġudikatura.
Timmermans qal li sar progress iżda mhux biżżejjed għax fadal tħassib fuq ċerti riformi. Il-Polonja qed tintalab tiċċara s-sitwazzjoni sas-26 ta’ Ġunju fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Ewropej li jmiss. F’din il-laqgħa l-Kummissjoni u l-Ministri jiddeċiedu bejn żewġ għażliet – li tiġi konkluża l-proċedura kontra l-Polonja f’każ ta’ progress tanġibbli jew li l-proċedura tidħol fil-fażi li jmiss u timxi lejn sanzjonijiet kontra l-Polonja jekk il-pajjiż jibqa’ jikser il-valuri fundamentali tal-UE.
F’każ li jseħħ it-tieni xenarju l-Polonja u l-Kummissjoni jippreżentaw l-argumenti tagħhom u jinfetaħ djalogu ieħor.
IR-RENJU UNIT IWISSI DWAR AKTAR ATTAKKI ATROĊI MILL-ISIS FL-EWROPA
Read More
MA JAQBLUX MAL-PROPOSTI TAL-KE DWAR IL-BAĠIT
Read More
TRID TAGĦTI GARANZIJA DWAR L-ISTAT TAD-DRITT SA ĠUNJU
Read More
JIMBLOKKAW DIKJARAZZJONI TAL-UE KONTRA L-AMBAXXATA AMERIKANA F’ĠERUSALEMM
Read More
TRASPORT EFFIĊJENTI ESSENZJALI GĦAT-TKABBIR U L-IŻVILUPP FL-EWROPA
Read More
ĊEKI JAQILGĦU TLIET DARBIET AKTAR FIL-ĠERMANJA
Read More
L-EBDA SINJAL MINN RUMA DWAR IR-REFUĠJATI FIT-TURKIJA
Read More
5.4 MILJUN IMMIGRANT TIFEL U TIFLA JGĦIXU FL-EWROPA
Read More
Post a comment