Aktar drogi illeċiti qed ikunu mmanifatturati fl-Ewropa u aktar drogi qed ikunu importati minn sorsi tradizzjonali bħal Amerika Latina, il-Punent tal-Asja u l-Afrika ta’ Fuq. Rapport taċ-Ċentru Ewropew tal-Moniteraġġ għad-Droga u d-Dipendenza tad-Droga qal li ġew skoperti aktar ċentri li jipproduċu l-kokaina u l-eroina, kien hemm żieda ta’ laboratorji għall-produzzjoni tal-ecstasy li ġew żarmati, żieda fil-produzzjoni tal-kannabis ta’ qawwa għolja ħafna u involviment akbar mill-kriminalita` organizzata.
Ir-rapport ibbażat fuq it-28 stat tal-UE, it-Turkija u n-Norveġja jgħid li d-droga saret ħafna aktar disponibbli. Fl-2016, seħħew aktar minn miljun sekwestru, 92 miljun ruħ bejn l-eta` ta’ 15 u 64 ipprovaw id-droga f’ħajjithom u 1.3 miljun ruħ ġew ikkurati minħabba d-dipendenza tad-droga.
“Din is-sena, rajna żieda drammatika fil-produzzjoni ta’ firxa wiesa’ ta’ sustanzi li qed isseħħ fl-Ewropa stess,” ikkonkluda r-rapport.
Il-kokaina hija l-aktar stimulant użat fl-UE. Aktar minn 2.3 miljun ruħ bejn l-eta` ta’ 15 u 34 sena użaw din id-droga li fis-sena 2016 laħqet l-ogħla livelli ta’ konċentrazzjoni pura f’deċenju sħiħ.
Analiżi ta’ drenaġġ bejn l-2015 u 2017 juru li r-residwi tal-kokaina żdiedu f’26 minn 31 bliet Ewropej. L-ogħla traċċi nstabu f’ibliet fil-Belġju, l-Olanda, Spanja u r-Renju Unit.
Is-sekwestri tal-kokaina żdiedu fl-UE minn 90, 000 fl-2015 għal 98, 000 fl-2016.
Ir-rotot u l-metodi ta’ traffikar qed jinbidlu. Il-Portugall u Spanja baqgħu punti ta’ dħul tad-droga fl-Ewropa iżda issa qed isiru sekwestri wkoll minn portijiet tal-kontejners fin-Nord tal-Ewropa. Fl-2016 il-Belġju kkonfiska 30 tunnellata ta’ kokaina, ekwivalenti għal 43% tas-sekwestri tal-kokaina kollha fl-UE.
Il-Kummissjoni Ewropea qalet li se jidħlu fis-seħħ regoli ġodda għall-UE aktar tard din is-sena biex ikun aktar faċli għall-aġenziji tal-infurzar tal-liġi biex iwaqqfu s-sustanzi ġodda.
IL-PRESIDENZA AWSTRIJAKA : ‘EWROPA LI TIPPROTEĠI’
Read More
DIL-ĠIMGĦA S-SUMMIT EWROPEW
Read More
MOBBILTA` MILITARI MILL-ISTATI MEMBRI TAL-UE
Read More
AKTAR DROGI FL-EWROPA
Read More
GĦAJNUNA MILL-UE MINĦABBA L-POŻIZZJONI ĠEOGRAFIKA TA’ MALTA
Read More
L-EWRO INDISPENSABBLI GĦAS-SUQ UNIKU
Read More
IS-SAJD RIKREATTIV TAĦT IL-LENTI EWROPEA
Read More
JASLU AKTAR IMMIGRANTI FIL-BALKANI
Read More
Post a comment