Iċ-Ċina qed tiġi kkonsidrata ‘avversarju’ mill-Kummissjoni Ewropea li qed thedded li tagħfas aktar fuq ir-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-investimenti fl-Ewropa. Il-Kummissjoni Ewropea qed titlob liċ-Ċina twaqqaf it-trattament inġust tagħha lejn il-kumpaniji Ewropej għax dan l-aġir jimmina l-istat tad-dritt.
Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet policy paper li titkellem dwar it-tħassib li qed tqanqal it-teknoloġija Ċiniża bl-iżvilupp tal-5G fil-qasam tas-sigurta`.
Il-Parlament Ewropew iddiskuta riżoluzzjoni li torbot it-theddid għas-sigurta` maż-żieda fil-preżenza teknoloġika taċ-Ċina fil-Parlament Ewropew.
Alfred Sant astjena dwar din ir-riżoluzzjoni. Huwa esprima t-tħassib tiegħu li l-iskrutinju tal-proġett ta’ investiment kbir Ċiniż jista’ jkun mod biex jerġgħu jiddaħħlu l-kontrolli tal-kapital fuq l-iżvilupp ekonomiku ta’ wħud mill-istati membri tal-UE.
Dr Sant qal li l-espansjoni ta’ Huawei saret parti minn taqbida usa’ – dik ta’ min se jieħu s-supremazija fil-qasam teknoloġiku u diġitali. Saħaq li din il-ġlieda ma għandhiex tkun ibbażata fuq allegazzjonijiet ta’ spjunaġġ u l-ħolqien mill-ġdid ta’ qasma ġeopolitika.
INKWIET GĦALL-BOEING 737
Read More
FL-INTERESS TA’ GĦAWDEX DAQS TAL-PAJJIŻI L-KBAR
Read More
IL-GWU FAVUR ŻJIEDA FIL-PAGA MINIMA FL-EWROPA
Read More
IĊ-ĊINA ‘AVVERSARJU’ TAL-EWROPA
Read More
IT-TURKIJA TITBIEGĦED MIN-NATO
Read More
IR-RAĦĦALA JEĦTIEĠU APPOĠĠ SĦIĦ
Read More
SPANJOLI ID F’ID MA’ ORBAN
Read More
TAJANI IFAĦĦAR LIL MUSSOLINI
Read More
Post a comment