ArticlesIt-Torca

Tbassir Ekonomiku

Komplew jizdiedu t-turijiet li l-klima ekonomika Ewropea qed titjieb. L-aħħar rapport tal-Fond Monetarju Internazzjonali reġa’ kkonferma li t-titjib ekonomiku fl-Ewropa mistenni jkun ftit aħjar milli kien qed jitbassar sa ftit taż-żmien ilu. Safrattant, f’dak li għandu x’jaqsam mal-ekonomiji tal-pajjiżi l-kbar “ġodda” qed iqum it-tħassib peress li dawn issellfu ħafna fid-dollaru u l-valur ta’ din il-munita

ArticlesIt-Torca

Il-Greċja: Aktar Żviluppi

Meta l-gvern Grieg bagħat l-aħħar lista ta’ riformi li biħsiebu jdaħħal, xorta ma kkonvinċewx lill-pajjiżi Ewropej li qed isellfuh il-flus, li dawn l-mizuri se jkunu biżżejjed. Reġgħu talbuh jagħmel aktar impenji li jkunu aktar ċari u sodi. Kellhom jerġgħu jitlaqqgħu t-tekniċi. Il-Prim Ministru Grieg irranġa biex imur sa Moska jiltaqa’ mal-President Putin. Il-kummissarju Ewropew għall-affarijiet

ArticlesIt-Torca

Franza u l-Ġermanja Id F’Id

L-aqwa aħbar Ewropea fl-aħħar ġimgħat ma kinitx qed tinħema fi Brussell imma f’Pariġi u f’Berlin. Jidher li r-rabtiet bejn iż-żewġ kapitali reġgħu lura għan-“normal” jew aktar. Jissemmew l-episodji tal-qtil tal-edituri ta’ Charlie Hebdo u l-kraxx tal-ajruplan tal-Germanwings bħala l-fatturi emottivi li daħħlu kimika ġdida, aktar simpatika bejn il-President Hollande u l-kanċellier Merkel. Forsi li hekk

ArticlesIt-Torca

Grecja – L-Ahhar Zviluppi

Saret il-laqgħa bejn il-Prim Ministru Grieg Tsipras u l-kanċellier Ġermaniża Merkel f’Berlin. Damet ħames sigħat. Kienet kordjali skont rapporti tal-istampa Griega. L-istampa Ġermaniża baqgħet aktar kawta. Ma ddiskutewx “dettalji” ta’ kif l-Ewropej jistgħu jaħfru aktar mis-self tagħhom lill-Greċja jew kif din tal-aħħar se twettaq ir-riformi li l-Ewropej jixtiequ jaraw fil-pajjiż. Merkel mid-dehra aktar riedet tiżen

ArticlesIt-Torca

Politika Barranija Ewropea?

Mistoqsija kbira dwar l-Unjoni Ewropea kif kostitwita llum, hi jekk hux possibbli għaliha li tmexxi politika barranija komuni – waħda jiġifieri li tkun l-istess għall-pajjizi membri tagħha meta tiġi biex tittratta ma’ pajjizi sovrani li jinsabu barra l-Unjoni? Id-domma hi li kull pajjiz membru għandu jagħmel minn kollox, waqt li jżomm il-ħelsien tiegħu, biex jikkordina

ArticlesIt-Torca

Kif jigru l-affarijiet

Forsi jkun tajjeb li nuri kif jaħdem il-Parlament Ewropew billi nagħti rendikont tal-ħidma li kont imdaħħal fiha biex tgħaddi rizoluzzjoni minnu. Fl-ewwel xhur ta’ kull sena, il-Parlament Ewropew irid japprova r-rapporti dwar l-ekonomija tal-pajjizi tal-Unjoni li jitħejjew mil-Kummissjoni Ewropea. Dan jifforma parti mill-programm li bih il-Kummissjoni tifli t-tmexxija ekonomika fil-pajjizi taz-zona ewro biex tara kemm