ArticlesIt-Torca

Il-Greċja Mgħattna

Il-Prim Ministru Grieg Tsipras għamel wegħda ċara lill-poplu Grieg dwar ir-referendum li organizza ġimgaħtejn ilu. Jekk jivvotaw le għall-offerta ta’ aktar għajnuna finanzjarja lill-Greċja kif magħmula mill-pajjiżi taż-żona ewro, kienu se jsaħħulu idu u fin-negozjati li jsiru wara, se jikseb kondizzijonjiet aħjar. B’maġġoranza sostanzjali, l-Griegi vvotaw le. L-Ewropej xandruha mill-bidu: il-poplu Grieg jaqbillu jivvota iva

ArticlesIt-Torca

Iva? Le? Iva?

Għaddiet ġimgħa oħra u l-krizi finanzjarja tal-Greċja baqgħet fuq quddiem nett fl-aħbarijiet. Għal min jaf kemm-il darba sa issa, intqal li l-Greċja riesqa lejn il-punt fejn se jkollha tħalli z-zona tal-ewro jekk ma tiftiehemx mal-kredituri tagħha. Din id-darba imma l-affarijiet donnhom irromblaw bil-kbir lejn deċizjoni aħħarija. B’sorpriza ta’ ħafna, l-Prim Ministru Grieg tal-partit Siriza Alexis

ArticlesIt-Torca

Il-Vortex Grieg

Ġimgħa ilu t-titolu ta’ dan l-artiklu kien mistoqsija: Il-krizi Griega maħlula? Mhux talli ma nħallitx, talli l-kwistjoni tħawdet b’mod kritiku meta l-Prim Ministru Grieg Tsipras iddeċieda li jsejjaħ referendum dwar l-offerta li kellu sa tmiem l-aħħar ġimgħa sħiħa ta’ Ġunju mill-ewrogrupp u l-Fond Monetarju Internazzjonali. Ipproponew xi bidliet fil-programm ta’ awsterità li riduh idaħħal qabel

ArticlesIt-Torca

Tal-Greċja Maħlula?

Is-summit tat-Tnejn li għaddew, ġie prezentat bħala l-aħħar ċans biex tinstab soluzzjoni għall-krizi Griega. Min-naħa Ewropea, kien hemm stennija għal proposti ġodda min-naħa tal-gvern tas-Siriza. Bħas-soltu dawn waslu aktar tard milli kien imwiegħed. Kienu jinvolvu zieda fit-taxxa tal-VAT u taxxi ġodda li ntqal, mistennija jolqtu biss lill-għonja. Hawn in-naħa tal-ewro, inkluz il-Bank Ċentrali Ewropew, kif

ArticlesIt-Torca

Il-Greċja Għal Darb’Oħra

Għada mistenni jinżamm summit bejn il-mexxejja taż-żona ewro dwar il-futur tal-Greċja. Is-sinjali kollha juru li mhuma jaslu mkien in-negozjati bejn dan il-pajjiz u l-pajjizi tal-ewro u istituzzjonijjiet li fl-aħħar snin sellfuh il-biljuni tal-ewro, suppost biex joħroġ mill-krizi finanzjarja li daħal fiha mis-sena 2010 talanqas. Fil-fatt il-Greċja baqgħet imkaħħla fi krizi u riċessjoni, waqt li l-poplu

It-Torca

Lejn Għaqda Dejjem Akbar?

Għalkemm ir-Renju Unit għadu ma ntavolax fid-dettall it-talbiet li se jkun qed jagħmel għal bidliet fit-trattati u fit-tmexxija tal-Unjoni Ewropea ħarġu ċari issa l-linji ta’ kif il-gvern Konservattiv ta’ David Cameron se jkun qed jindirizza n-negozjati. Emfażi kbira se titpoġġa fuq il-ħtieġa li sħubija fl-Unjoni Ewropea ma tkunx tfisser impenn awtomatiku minn kull pajjiż membru