ArticlesIt-Torca

Prospetti Ewropej

Kieku l-ekonomija Ewropea ħadet rankatura qawwija fl-aħħar snin, kieku ħafna mid-dilemmi li qed taffaċċja l-Unjoni Ewropea bħalissa kienu jkunu wisq anqas akuti. Imma l-verità hi li bħala blokk ekonomiku, l-Unjoni rkuprat tard mill-kriżi tal-2008. It-titjib li seħħ kien dgħajjef imqabbel ngħidu aħna ma’ tal-Istati Uniti. Dan ma jfissirx li uħud mill-pajjiżi tal-Unjoni, bħall-Ġermanja, ma għamlux

ArticlesIt-Torca

Ewropa, Quo Vadis?

Dan is-sajf x’aktarx qed jimmarka punt kruċjali ta’ bidla fil-mod kif l-identità tal-Ewropa magħquda qed tiżvolġi. Xejn ma jipponta lejn dan aktar mill-iżviluppi politiċi li seħħew fil-Ġermanja u fil-Greċja. Tal-ewwel hu l-aktar pajjiż sod u qawwi fl-Unjoni Ewropea, tat-tieni l-pajjiż Ewropew li jinsab dahru għal kollox mal-ħajt. It-tnejn għandhom gvernijiet immexxija minn partiti li rebħu

ArticlesIt-Torca

L-Isfidi Barranin Tal-Ewropa

Fost il-membri tal-Kummissjoni Ewropea preseduta minn Jean Claude Juncker, waħda milli l-aktar spikkat kienet Federica Mogherini. Qabel, serviet bħala l-ministru tal-affarijiet barranin tal-Italja, u issa qiegħda Viċi President tal-Kummissjoni, inkarigata mir-relazzjonijiet barranin tal-Unjoni Ewropea. Fil-bidu, kien hemm min sefsef li Mogherini se tkun ftit jew wisq ħuta barra mill-ilma, kemm għax ġejja minn pajjiż li

ArticlesIt-Torca

Immigrazzjoni: Aktar Inkwiet

L-inkwiet fl-Ewropa dwar l-immigrazzjoni rregolari baqa’ għaddej, anzi kiber, matul il-ġimgħat tas-sajf, u mhux fil-Mediterran biss. Fl-aħħar żminijiet, numru kbir ta’ immigranti nġabru madwar il-port ta’ Calais fi Franza biex jipprovaw jidħlu b’kuntrabandu fir-Renju Unit. Uħud irnexxielhom jagħmlu dan, oħrajn inżammu lura imma baqgħu jipprovaw. It-trennijiet li jgħaddu minn taħt il-baħar bejn Franza u l-Ingilterra

ArticlesIt-Torca

L-Isfidi Li Ġejjin Għall-Ewropa

​​Fis-sena u tliet xhur li għaddew mill-aħħar elezzjoni għall-Parlament Ewropew u fil-kważi sena mit-twaqqif tal-Kummissjoni Ewropea taħt Jean Claude Juncker, issaħħu u ħarġu aktar fiċ-ċar l-isfidi quddiem l-Unjoni Ewropea. Ma seħħet l-ebda sorpriża, ma tqanqlet l-ebda sfida ġdida. L-isfidi kienu diġà magħrufa sew; matul ix-xhur li għaddew saru sforzi biex jiġu trattati b’urġenza akbar. Mhix

ArticlesIt-Torca

Issa Li Ftehmu…

Fl-aħħar ġimagħtejn, il-gvern Grieg ta’ Alexis Tsipras ħabrek biex iwettaq il-ftehim milħuq mal-pajjiżi membri taż-żona ewro dwar it-tielet pjan ta’ salvataġġ finanzjarju għall-Greċja. Tsipras kellu jaċċetta kondizzjonijiet iebsa ħafna li sal-aħħar baqa’ ma riedx jaqbel magħhom u kellu jgħaddihom mill-Parlament nazzjonali tiegħu. Inżammu żewġ seduti, waħda minnhom dil-ġimgħa biex il-pakkett ta’ miżuri jkun approvat. Deputati