Question for written answer E-004217/17
to the Commission
Alfred Sant (S&D)
(26 June 2017)

Subject: Patent applications to the EPO by priority year by NUTS 3 regions

Can the Commission give the number of patent applications submitted to the European Patent Office by priority year by NUTS levels
2 and 3 island regions for the years 2003 to 2015? How many applications were related to information and communication
technology (ICT)?

Answer given by Ms Thyssen on behalf of the Commission
(11 August 2017)
The Honourable Member will find the requested information in the annex.
The total number of patent applications and applications related to information and communication technology (ICT) submitted to
the European Patent Office by priority year by NUTS levels 2 and 3 island regions for the years 2003 to 2011 are provided in the
annexed table. Data for later years is not available and there are currently no related updates foreseen due to the decision taken in
cooperation with the European Statistical System that the collection of patent statistics has been discontinued.
EU island regions listed in the annex were defined as NUTS 2 or NUTS 3 regions entirely insular or part of islands without a fixed link
(bridge, tunnel) to the mainland.

See annex: Annex

Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub E-004217/2017
lill-Kummissjoni
Artikolu 130 tar-Regoli ta’ Proċedura
Alfred Sant (S&D)

Suġġett: Applikazzjonijiet għal privattivi lill-UEP għal kull sena prijoritarja skont ir-reġjuni fil-livell NUTS 3

Tista’ l-Kummissjoni tipprovdi l-għadd tal-applikazzjonijiet għal privattivi li tressqu lill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi għal kull sena prijoritarja għal kull reġjun insulari fil-livelli NUTS 2 u 3 għas-snin bejn l-2003 u l-2015? Kemm kienu l-applikazzjonijiet li kellhom x’jaqsmu mat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni?

MT E-004217/2017 Tweġiba mogħtija mis-Sinjura Thyssen f’isem il-Kummissjoni (11.8.2017)

L-Onorevoli Membru għandu jsib l-informazzjoni li talab fl-anness.

L-għadd totali tal-applikazzjonijiet għall-privattivi u tal-applikazzjonijiet b’rabta mat-teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) li tressqu fl-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi skont is-sena prijoritarja mir-reġjuni insulari tal-livelli 2 u 3 tan-NUTS fis-snin 2003 sa 2011 jinsab fit-tabella annessa. Id-dejta għas-snin ta’ wara mhijiex disponibbli, u bħalissa mhuwiex previst li se jkun hemm l-aġġornamenti billi ttieħdet deċiżjoni flimkien mas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, li jintemm il-ġbir tal-istatistika dwar il-privattivi.

Ir-reġjuni insulari tal-UE elenkati fl-Anness ġew iddefiniti bħala reġjuni NUTS 2 jew NUTS 3 insulari għalkollox, jew parti minn gżejjer mingħajr rabta fissa (pont, mina) mal-kontinent.

Facebook Comments

Post a comment