CollectionPolitics

PARAVENTI U INKOMPETENZA

Ftit aktar minn tliet snin ilu, gonzi-pn wiegħed trasparenza u effiċjenza akbar fl-oqsma ewlenin tat-tmexxija publika. Bħal tista’ tgħid il-wegħdi l-oħra kollha li għamel, dil-wegħda wkoll donnha saret biex tinkiser. Dak iż-żmien kien diġà hawn fehma ġenerali li kien meħtieġ bil-kbir titjib qawwi fil-mod kif il-pajjiż jitmexxa. Gonzi-pn rebaħ l-elezzjoni bi żbrixx minħabba l-klijenteliżmu sfrenat

CollectionPolitics

“L-ISTITUZZJONI TAL-PARLAMENT TINSAB FI KRIŻI”: AĠĠORNAMENT TAL-PARLAMENT

“L-ISTITUZZJONI TAL-PARLAMENT TINSAB FI KRIŻI”: AĠĠORNAMENT TAL-PARLAMENT, 15 TA’ FRAR 2011 Ma nkunx qed nesaġera meta ngħid li l-istituzzjoni tal-Parlament tinsab fi kriżi. Qatt ma niftakar li fil-pajjiż, kien hemm daqshekk sfiduċja u xettiċiżmu dwar dak li qed nagħmlu aħna d-deputati f’dil-Kamra, daqs kemm hemm illum. Mhix kriżi li skattat f’daqqa waħda. Ilha tinħema u

CollectionPolitics

KORRISPONDENZA MAL-ISPEAKER DWAR DISPREZZ TAL-PARLAMENT

L-Onor Dr Michael Frendo M.P. Speaker, Kamra tar-Rapprezentanti. Onorevoli: Grazzi tal-ittra tieghek li waslitli l-bierah is-Sibt 22 ta’Jannar fis-6.00 pm, bi twegiba ghall-ittra li kont bghattlek fit-28 ta’ Dicembru 2010, dwar disprezz lejn il-Parlament, muri min-naha tal-gvern fir-rigward tad-decizjonijiet li ttiehdu dwar onorarji ta’ deputati u membri tal-Ezekuttiv. Fuq il-fond tal-ittra tieghek nirrizerva d-dritt li

CollectionPolitics

ITTRA MIBGĦUTA LILL-ONOR. DR MICHAEL FRENDO M.P., SPEAKER TAL-KAMRA TAR-RAPPREŻENTANTI DWAR ŻIDIET FL-ONORARJI TAL-PARLAMENTARI: “HU KAŻ TA’ DISPREZZ LEJN IL-PARLAMENT”

ITTRA MIBGĦUTA LILL-ONOR. DR MICHAEL FRENDO M.P., SPEAKER TAL-KAMRA TAR-RAPPREŻENTANTI DWAR ŻIDIET FL-ONORARJI TAL-PARLAMENTARI: “HU KAŻ TA’ DISPREZZ LEJN IL-PARLAMENT” – 28 TA’ DIĊEMBRU 2010. L-Onor Dr Michael Frendo M.P. Speaker, Kamra tar-Rappreżentanti, Il-Palazz, Valletta. Onorevoli: Per mezz ta’ din l-ittra, bħala deputat fil-Parlament ta’ Malta issa għal aktar minn 23 sena, nixtieq inressaq quddiemek

CollectionPolitics

GĦAWDEX MINSI

Fil-lanja ta’ gvern li qed jgħix gidba, jgħix b’gidba u jgħix f’gidba, gonzi-pn għaddej il-ħin kollu b’ħidma biex idarri n-nies jemmnu li n-nuqqas ta’ inizjattiva u l-medjokrità huma xi ħaġa naturali għal pajjiżna. Il-ftaħir li jsir, appoġġjat minn klikek li qed ipappuha tajjeb, hu magħmul bl-intenzjoni li n-nies ma tikkontestax dak li tara madwarha… biex

CollectionPolitics

ĦARSIEN MILL-INĠUSTIZZJI

Fil-Parlament dil-ġimgħa, sar dibattitu dwar l-Uffiċċju tal-Ombudsman. Serva ta’ kuntrapunt għall-manuvri diżgustanti ta’ gonzi-pn biex joħnoq skrutinju tal-kuntratt skandaluż tal-power station, mill-Kumitat tal-Parlament dwar il-Kontijiet Publiċi (PAC). Id-dibattitu kien dwar abbozz ta’ liġi maħsub biex jagħti setgħa lill-Ombudsman li jaħtar Kummissarji għal Investigazzjonijiet Amministrativi (jiġifieri, Ombudsmen oħra) f’oqsma speċjalizzati tal-amministrazzjoni publika. Oqsma fejn diġà jinsabu