Il-President tal-Kummissjoni Jean Claude Juncker qal li l-fondi għar-refuġjati fit-Turkija huma lesti u bdew jintużaw. Il-fondi nġabru hekk – €1 biljun mill-UE u €2 biljuni mill-istati membri. €2.2 biljun ġew allokati diġa` u €1.2 biljun kommessi f’kuntratti tanġibbli. Juncker qal li din l-għajnuna fissret differenza fil-ħajja ta’ 3 miljun refuġjat fit-Turkija. Il-Kummissjoni f’Settembru pproponiet li talloka €348 miljun mill-fondi tar-refuġjati biex bihom miljun refuġjat jingħata tip ta’ ‘credit card’ li biha jkunu jistgħu jixtru affarijiet bażiċi bħall-ikel, kutri u bżonnijiet tal-iskola għal uliedhom. Dawn il-fondi qed jingħataw bħala parti mill-ftehim li sar bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija bil-għan li r-refuġjati ma jaqsmux lejn ix-xtut Ewropej.

L-UNJONI EWROPEA M’GĦANDHIEX SOLUZZJONIJIET GĦAL GĦAWDEX
Read More

IL-BAĠITS TA’ 7 PAJJIŻI TAŻ-ŻONA EWRO FIL-MIRA TAL-KUMMISSJONI
Read More

22 MILJUN FQIR FL-EWROPA
Read More

BDEW JINTUŻAW IL-FONDI GĦAR-REFUĠJATI FIT-TURKIJA
Read More

IL-PROĠETT TA’ DIFIŻA EWROPEW IŻID IX-XETTIĊIŻMU FL-EWROPA
Read More

L-GĦAJNUNIET LILL-INDUSTRIJI ŻGĦAR U MEDJI JRIDU JITĦADDMU B’MODI AKTAR EFFETTIV
Read More

TONQOS IL-PRODUZZJONI TAL-INBID EWROPEW
Read More

L-INĠENJU TAL-AJRU TAL-FUTUR
Read More
Post a comment