Il-Pjan ta’ Difiża Ewropew se jżid ix-xettiċiżmu dwar il-proġett Ewropew. Il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea dwar ħidma fuq il-Pjan ta’ Difiża Ewropew u l-Fond Ewropew ta’ Difiża huma proġetti li bihom joħolmu l-uffiċċjali fi Brussell fl-isforzi tagħhom li jegħlbu l-‘għajja’ li ħakmet l-Ewropa. Dawn il-pjanijiet jista’ jkollhom konsegwenzi perikolużi u mhux intenzjonati, li wħud minnhom lanqas biss qed naħsbu fuqhom. Il-kapaċita` ta’ difiża Ewropea, jew anki l-bidu tagħha, se tispiċċa biex iżżid ix-xettiċiżmu dwar il-proġett Ewropew. Dan qalu Alfred Sant waqt id-dibattitu dwar il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għas-sena 2017 fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu.
Dr Sant qal li l-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għas-sena 2017 għandu punt ta’ vantaġġ u punt ta’ żvantaġġ. Il-punt ta’ vantaġġ huwa l-Inizjattiva għaż-Żgħażagħ, li hija prijorita` tajba ħafna. Il-proposta li jkun stabilit Korp ta’ Solidarjeta` Ewropea timmerita appoġġ sħiħ. Tfittex li timpenja żgħażagħ f’inizjattivi pubbliċi fejn jistgħu jitgħallmu ħiliet soċjali u tekniċi, u fl-istess ħin jifhmu aktar ir-realtajiet ta’ Ewropa li qed tinbidel. Wieħed jittama li l-iskema tkun imħaddma minn entitajiet nazzjonali involuti fl-affarijiet taż-żgħażagħ. L-agħar li jista’ jiġri huwa li titgħaddas taħt il-valuri tan-nies li jgħixu fil-‘bżieżaq’ ta’ Brussell. Il-Parlament Ewropew kien qed jiddiskuti l-Programm ta’ Ħidma li juri l-inizjattivi u l-prijoritajiet għal 2017. Dan huwa t-tielet Pjan ta’ ħidma li qed isir taħt il-Kummissjoni ta’ Juncker. Huwa konformi mal-prijoritajiet identifikati mis-27 mexxej tal-Istat fi Bratislava. Jinkludi proposti konkreti li jistgħu jikkontribwixxu għal viżjoni fit-tul tal-Unjoni qabel is-60 anniversarju mit-trattati ta’ Ruma f’Marzu 2017.

L-UNJONI EWROPEA M’GĦANDHIEX SOLUZZJONIJIET GĦAL GĦAWDEX
Read More

IL-BAĠITS TA’ 7 PAJJIŻI TAŻ-ŻONA EWRO FIL-MIRA TAL-KUMMISSJONI
Read More

22 MILJUN FQIR FL-EWROPA
Read More

BDEW JINTUŻAW IL-FONDI GĦAR-REFUĠJATI FIT-TURKIJA
Read More

IL-PROĠETT TA’ DIFIŻA EWROPEW IŻID IX-XETTIĊIŻMU FL-EWROPA
Read More

L-GĦAJNUNIET LILL-INDUSTRIJI ŻGĦAR U MEDJI JRIDU JITĦADDMU B’MODI AKTAR EFFETTIV
Read More

TONQOS IL-PRODUZZJONI TAL-INBID EWROPEW
Read More

L-INĠENJU TAL-AJRU TAL-FUTUR
Read More
Post a comment