F’Riżoluzzjoni dwar il-baġit Ewropew il-Parlament Ewropew qal li mill-2008 sal-2014, in-numru ta’ individwi fl-UE li huma f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali tela’ b’4.2 miljun għal total ta’ aktar minn 22 miljun ruħ (22.3%).          Ir-Riżoluzzjoni tisħaq biex l-istati membri u l-Kummissjoni Ewropea jagħmlu aktar sforz biex jitnaqqsu l-faqar, l-esklużjoni soċjali u l-inugwaljanza.  Il-Parlament Ewropew qal li l-Kunsill tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jipprovaw idaħħlu miżuri li jgħinu biex titnaqqas l-inugwaljanza.

Ivan  Korčok, kelliem tal-Presidenza Slovakka qal li l-Kunsill se jippubblika dokument speċjali dwar il-qgħad fost iż-żgħażagħ f’Diċembru. Fid-dibattitu ħa sehem ukoll il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Valdis Dombrovskis li tkellem fuq il-politika ekonomika tal-UE li tinkoraġġixxi l-investiment, ir-riformi strutturali u baġits responsabbli.

Alfred Sant, rapporteur f’isem is-Soċjalisti u Demokratiċi fuq dan ir-rapport, waqt id-dibattitu fil-plenarja ta’ Strasburgu qal li l-kompetittivita` tal-ekonomija Ewropea qiegħda fid-dubju, minkejja li beda jidher tkabbir fl-ekonomija. Waqt li qed jonqos il-qgħad u jinħolqu impjiegi ġodda, il-prospetti mhumiex inkoraġġanti, l-aktar għaż-żgħażagħ.  Il-pessimiżmu m’għadux daqstant qawwi, imma l-investiment għadu f’livelli baxxi ħafna.  Dr Sant qabel mal-enfasi li qed tagħti l-Kummissjoni Ewropea lill-investiment iżda saħaq li l-Kummissjoni Ewropea trid tisħaq aktar dwar investiment pubbliku li jkun iffokat, ippjanat u implimentat  aħjar. Ir-rapport ġie approvat b’423 vot favur, 210 kontra u 48 astensjonijiet.

Fl-aħħar snin kien hemm tnaqqis fl-investiment, privat u pubbliku, imqabbel mat-tendenzi ta’ snin imgħoddija. Dan mhux fenomenu fl-Ewropa biss, imma fid-dinja kapitalista. It-tendenza tista’ titreġġa’ lura speċjalment b’investimenti pubbliċi tant meħtieġa biex jinħolqu opportunitajiet ġodda ta’ xogħol għaż-żgħażagħ u biex neqirdu l-faqar li sar sinonimu mal-politika ta’ awsterita` li ħakmet l-Ewropa fl-aħħar snin.

Tista’ ssegwi l-intervent ta’ Dr Sant fuq din il-link

https://www.youtube.com/watch?v=0xGvEjuz4xM

L-UNJONI EWROPEA M’GĦANDHIEX SOLUZZJONIJIET GĦAL GĦAWDEX

L-Unjoni Ewropea m’għandhiex soluzzjonijiet għal Għawdex. Għawdex mhux rikonoxxut mill-UE bħala reġjun, anzi jrid joqgħod għar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni li mhumiex fl-interess ...
Read More

IL-BAĠITS TA’ 7 PAJJIŻI TAŻ-ŻONA EWRO FIL-MIRA TAL-KUMMISSJONI

7 stati membri taż-żona ewro – Belġju, Ċipru, Finlandja, Italja, Spanja, Litwanja u Portugall iridu jagħtu r-reazzjonijiet tagħhom lill-Kummissjoni dwar ...
Read More

22 MILJUN FQIR FL-EWROPA

F’Riżoluzzjoni dwar il-baġit Ewropew il-Parlament Ewropew qal li mill-2008 sal-2014, in-numru ta’ individwi fl-UE li huma f’riskju ta’ faqar u ...
Read More

BDEW JINTUŻAW IL-FONDI GĦAR-REFUĠJATI FIT-TURKIJA

Il-President tal-Kummissjoni Jean Claude Juncker qal li l-fondi għar-refuġjati fit-Turkija huma lesti u bdew jintużaw. Il-fondi nġabru hekk - €1 ...
Read More

IL-PROĠETT TA’ DIFIŻA EWROPEW IŻID IX-XETTIĊIŻMU FL-EWROPA

Il-Pjan ta' Difiża Ewropew se jżid ix-xettiċiżmu dwar il-proġett Ewropew. Il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea dwar ħidma fuq il-Pjan ta’ Difiża Ewropew ...
Read More

L-GĦAJNUNIET LILL-INDUSTRIJI ŻGĦAR U MEDJI JRIDU JITĦADDMU B’MODI AKTAR EFFETTIV

Irridu niżguraw is-suċċess għall-industriji żgħar u medji fl-Ewropa billi naraw li l-għajnuniet li jingħataw jitħaddmu b’mod aktar effettiv. Irridu nifhmu ...
Read More

TONQOS IL-PRODUZZJONI TAL-INBID EWROPEW

Il-produzzjoni tal-inbid fl-Ewropa naqset mis-sena l-oħra minħabba kundizzjonijiet klimatiċi. Xi stati membri sofrew min-nixfa kbira waqt li oħrajn sofrew minn ...
Read More

L-INĠENJU TAL-AJRU TAL-FUTUR

L-AIRLANDER huwa l-ikbar inġenju tal-ajru s’issa u huwa twil 302 piedi, wiesa’ 143 pied, u jiżen aktar minn 22 tunnellata ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment