Nofs l-ajruporti li nbnew mill-fondi reġjonali tal-Unjoni Ewropea fi Spanja, fil-Greċja, fil-Polonja, fl-Italja u fl-Estonja bejn l-2007 u l-2013 mhux qed jintużaw jew qed jintużaw ftit wisq. Rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri żvela li l-investimenti tal-Unjoni Ewropea fl-ajruporti ma ġġenerawx ir-riżultati mixtieqa u ma ħalliex valur għall-flus minfuqa. L-awdituri tal-UE qalu li kien hemm nuqqas ta’ ppjanar, tant li wħud mill-ajruporti kienu wisq viċin xulxin, waqt li l-proġetti tal-kostruzzjoni kienu kbar wisq għall-għadd ta’ ajruplani u passiġġieri involuti. L-UE nefqet €600 miljun fuq 20 ajruport bejn 2000-2013. Nofs l-ajruporti biss irreġistraw żjieda fil-passiġġieri, imma xorta ma ġġenerawx aktar impjiegi.

Facebook Comments

Post a comment