L-Unjoni Ewropea mistennija li tilħaq ftehim reċiproku ta’ investiment maċ-Ċina biex tiggarantixxi protezzjoni legali għall-investimenti u aċċess għall-investituri Ewropej għas-swieq Ċiniżi u bil-kontra.
L-Ewropej u ċ-Ċiniżi jixtiequ jistimulaw l-investiment li sa issa għadu lura milli jilħaq il-potenzjal tiegħu. L-Unjoni Ewropea hija l-ikbar trading partner taċ-Ċina u ċ-Ċina hija t-tieni l-akbar trading partner għall-UE. Iċ-Ċina investiet 50% aktar fl-Afrika milli fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. L-UE investiet 20 darba aktar fl-Istati Uniti milli fiċ-Ċina. Dan il-ftehim huwa maħsub li jirranġa din l-anomalija.

Facebook Comments

Post a comment