Federica Mogherini, responsabbli mill-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-UE, qalet li l-proċess tat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea se jkompli minkejja l-BREXIT. Mogherini, li flimkien ma’ mexxejja Ewropej,  attendiet is-Summit tal-pajjiżi tal-Balkani f’Pariġi enfasizzat li l-proċess tat-tkabbir tal-UE bi sħubija ġdida tal-pajjiżi tal-Balkani se jkompli. “Irridu nieħdu ħsieb l-entużjażmu ewropew fir-reġjun tal-Balkani. L-UE kienet u għadha b’saħħitha. Huwa fl-interess tagħna li l-proċess tat-tkabbir jibqa’ għaddej. Hekk se nagħmlu.”

Mogherini qalet li l-għażla tal-BREXIT ma tfissirx it-tmiem tal-UE. ‘Il-pajjiżi tal-Balkani jaraw l-UE bħala proġett kbir ta’ paċi, żvilupp ekonomiku u opportunitajiet għaż-żgħażagħ. Meta nħarsu lejn l-UE minn għajnejn il-popli tal-Balkani nifhmu xi nkunu qed nitilfu jekk ma nkomplux għaddejjin bil-proġett Ewropew. L-entużjażmu Ewopew tal-pajjiżi tal-Balkani għandu jkun sors ta’ ispirazzjoni fi ħdan il-fruntieri tal-UE.”

Merkel, Hollande u l-Prim Ministru Kroat Tihomir Oreskovic qalu li l-BREXIT mhux se jaffettwa t-tkabbir tal-UE. “Il-vot tal-BREXIT mhux se jaffettwa l-proġett tat-tkabbir fir-reġjun tal-Balkani” qal Hollande. Fil-fehma ta’ Merkel, “Id-deċiżjoni tal-BREXIT ma bidlet xejn.” Oreskovic saħaq li “BREXIT ma jfissirx it-tmiem tat-tkabbir fil-pajjiżi tal-Balkani.”

FIL-LIMBU

L-Unjoni Ewropea tinsab f’limbu politiku. Wara l-kriżijiet tal-Greċja, tal-Ewro, tal-immigrazzjoni, tat-terroriżmu, issa għandha l-akbar kriżi. Dik tal-BREXIT. Sa issa l-ebda ...
Read More

SANZJONIJIET SIMBOLIĊI KONTRA SPANJA U L-PORTUGALL

Il-Ministri tal-ECOFIN fetħu l-prospetti ta’ sanzjonijiet finanzjarji kontra Spanja u l-Portugall  li ma osservawx ir-regoli tal-Budget bejn 2013-2015. L-istess Ministri ...
Read More

L-UNJONI EWROPEA QED TIDHER INEFFETTIVA

L-inkoerenzi fid-deċiżjonijiet meħuda mill-Unjoni Ewropea fl-aħħar sitt xhur komplew aktar jiżdiedu. Dan qalu l-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu ...
Read More

IL-BANEK IŻ-ŻGĦAR TAL-UE JILMENTAW MINN PIŻIJIET SPROPORZJONATI

Ħafna banek żgħar fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea qed jilmentaw li l-ħtiġijiet ġodda imposti fuqhom qed jgħabbuhom b’piżijiet sproporzjonati. Il-Kummissarju Ewropew Valdis ...
Read More

IL-PRESIDENZA SLOVAKKA KONTRA TIBDIL FIT-TRATTATI

Il-Prim Ministru Slovakk Robert Fico qal li matul il-Presidenza Slovakka mhux qed jippjana tibdil fit-trattati bħala parti mir-riformi tal-Unjoni Ewropea ...
Read More

IL-FLESSIBILITA` FIT-TASSAZZJONI IMPORTANTI GĦALL-GVERNIJIET NAZZJONALI

Il-kompetizzjoni fit-tassazzjoni għandha tibqa’ responsabbiltà tal-gvernijiet nazzjonali tal-membri stati tal-Unjoni Ewropea. Jekk l-UE tnaqqas il-flessibilità fil-politika tat-tassazzjoni tkompli tagħmel ħsara akbar ...
Read More

IL-BALKANI PARTI MILL-PROĠETT EWROPEW

Federica Mogherini, responsabbli mill-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-UE, qalet li l-proċess tat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea se jkompli minkejja l-BREXIT ...
Read More

ESTIŻI S-SANZJONIJIET RUSSI

Il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea qablu b’vot unanimu li jestendu s-sanzjonijiet fuq ir-Russja sa Jannar 2017. Aktar kmieni din is-sena, l-Assemblea ...
Read More

XITA TA’ FRIEFET F’ PARIĠI

Is-servizzi tas-sigurtà Franċiżi ftit basru li eluf kbar ta’ friefet kienu se jinvadu Stade de France fil-kapitali Franċiża minn 24 ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment