Is-servizzi tas-sigurtà Franċiżi ftit basru li eluf kbar ta’ friefet kienu se jinvadu Stade de France fil-kapitali Franċiża minn 24 siegħa qabel bdiet il-partita bejn Franza u l-Portugall. Is-servizzi Franċiżi ħadu l-passi kollha immaġinabbli biex jilqgħu għall-eventwalità ta’ attakki terroristiċi waqt il-finali tal-EURO 2016. Imma ħadd ma kien qed jistenna din l-invażjoni li mhux biss ħasdet lil dawk li mlew kull rokna tal-istadium iżda lill-miljuni ta’ telespettaturi li segwew il-final. Ir-realtà ta’ din l-invażjoni inħasset mill-players waqt il-‘warm up’ tal-partita li ġew litteralment infestati minn eluf ta’ friefet

Fil-lejl ta’ qabel l-istaff tal-Istadium Pariġin ħallew id-dwal jixegħlu fuq il-pitch bħala miżura ta’ sigurtà. Ftit, jew ħadd ma basar li dawn id-dwal fil-kundizzjonijiet umdi li ħakmu lil Pariġi kienu se jiġbdu eluf ta’ friefet li baqgħu hemm sal-għada. Il-players u aktar minn 70,000 partitarju kellhom jistkennu mill-massa ta’ friefet li invadew kull rokna ta’ Stade de France u l-pitch maestuż tiegħu.  Anke d-dressing rooms messithom l-istess xorti u kellhom jintużaw il-vacuum cleaners biex jinqabdu dawn il-friefet biex il-players ma jkunux skomdi.

L-Uffiċċjali tal-UEFA ammettew li qatt ma stennew din l-invażjoni. Ir-referee Ingliż Mark Clattenburg u l-uffiċċjal tal-UEFA Pierluigi Collina qatt ma kienu ltaqgħu ma’ sitwazzjoni simili fil-karriera imlewna tagħhom. Bħalhom, il-players taż-żewġ naħat kellhom ineħħu l-friefet minn ma’ wiċċhom kull darba li attakkawhom. Se tibqa’ f’moħħ kulħadd ix-xena ta’ Ronaldo mbikkem mal-art bl-uġigħ fi rkopptu attakkat minn dawn il-friefet fil-finali ta’ dat-tournament li mhux se tibqa’ mfakkra għall-kwalità ta’ football miż-żewġ nazzjonijiet finalisti.

Dan l-episodju fakkar lil ħafna fir-rakkonti tat-Testment l-antik dwar ix-xita tal-ġurati  fl-Eġittu l-antik. Flok xita ta’ ġurati did-darba kien hemm xita tal-friefet.

FIL-LIMBU

L-Unjoni Ewropea tinsab f’limbu politiku. Wara l-kriżijiet tal-Greċja, tal-Ewro, tal-immigrazzjoni, tat-terroriżmu, issa għandha l-akbar kriżi. Dik tal-BREXIT. Sa issa l-ebda ...
Read More

SANZJONIJIET SIMBOLIĊI KONTRA SPANJA U L-PORTUGALL

Il-Ministri tal-ECOFIN fetħu l-prospetti ta’ sanzjonijiet finanzjarji kontra Spanja u l-Portugall  li ma osservawx ir-regoli tal-Budget bejn 2013-2015. L-istess Ministri ...
Read More

L-UNJONI EWROPEA QED TIDHER INEFFETTIVA

L-inkoerenzi fid-deċiżjonijiet meħuda mill-Unjoni Ewropea fl-aħħar sitt xhur komplew aktar jiżdiedu. Dan qalu l-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu ...
Read More

IL-BANEK IŻ-ŻGĦAR TAL-UE JILMENTAW MINN PIŻIJIET SPROPORZJONATI

Ħafna banek żgħar fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea qed jilmentaw li l-ħtiġijiet ġodda imposti fuqhom qed jgħabbuhom b’piżijiet sproporzjonati. Il-Kummissarju Ewropew Valdis ...
Read More

IL-PRESIDENZA SLOVAKKA KONTRA TIBDIL FIT-TRATTATI

Il-Prim Ministru Slovakk Robert Fico qal li matul il-Presidenza Slovakka mhux qed jippjana tibdil fit-trattati bħala parti mir-riformi tal-Unjoni Ewropea ...
Read More

IL-FLESSIBILITA` FIT-TASSAZZJONI IMPORTANTI GĦALL-GVERNIJIET NAZZJONALI

Il-kompetizzjoni fit-tassazzjoni għandha tibqa’ responsabbiltà tal-gvernijiet nazzjonali tal-membri stati tal-Unjoni Ewropea. Jekk l-UE tnaqqas il-flessibilità fil-politika tat-tassazzjoni tkompli tagħmel ħsara akbar ...
Read More

IL-BALKANI PARTI MILL-PROĠETT EWROPEW

Federica Mogherini, responsabbli mill-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-UE, qalet li l-proċess tat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea se jkompli minkejja l-BREXIT ...
Read More

ESTIŻI S-SANZJONIJIET RUSSI

Il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea qablu b’vot unanimu li jestendu s-sanzjonijiet fuq ir-Russja sa Jannar 2017. Aktar kmieni din is-sena, l-Assemblea ...
Read More

XITA TA’ FRIEFET F’ PARIĠI

Is-servizzi tas-sigurtà Franċiżi ftit basru li eluf kbar ta’ friefet kienu se jinvadu Stade de France fil-kapitali Franċiża minn 24 ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment