Ħafna banek żgħar fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea qed jilmentaw li l-ħtiġijiet ġodda imposti fuqhom qed jgħabbuhom b’piżijiet sproporzjonati. Il-Kummissarju Ewropew Valdis Dombrovskis qal li beħsiebu jesplora metodi kif dawn il-ħtiġijiet ikunu simplifikati, speċjalment għall-iżgħar banek fl-UE, li d-daqs u l-attività tagħhom huma limitati ħafna. “Fl-istess waqt, huwa importanti li jkun żgurat li d-deposituri jkunu kunfidenti li l-bank tagħhom – żgħir jew kbir – ikun regolat u superviżjonat.” qal Dombrovskis fil-Kumitat Ekonomiku u Monetarju tal-Parlament Ewropew (ECON) fi Strasburgu meta kien qed iwieġeb għal intervent tal-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant dwar il-banek iż-żgħar li joperaw fl-Unjoni Ewropea.

Wara r-riżenja tal-Kummissarju Jonathan Hill b’riżultat tal-vot tal-BREXIT, l-ECON iltaqa’ ma’ Valdis Dombrovskis, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea inkarigat mill-Ewro u d-djalogu soċjali b’rabta mat-trasferiment tal-portafoll tal-Istabbilità Finanzjarja, Servizzi Finanzjarji u Swieq Kapitali. Il-membri tal-ECON ressqu r-rimarki tagħhom għall-attenzjoni tal-Kummissarju Dombrovskis.

Dr Sant, membru tal-ECON, iffoka l-intervent tiegħu fuq l-ekonomiji żgħar tal-Unjoni Ewropea. Sant qal lil Dombrovskis li l-Għaqda Bankarja riesqa lejn il-fażi finali tagħha u hija waħda mill-aktar proġetti rilevanti għaż-żona tal-ewro. L-Ewroparlamentari Malti staqsa lil Dombrovskis għal analiżi tal-Għaqda Monetarja. “Kif qed tippjana li tiżgura li l-banek iż-żgħar fl-ekonomiji żgħar tal-UE, li diġà qed jaffaċċjaw sfidi speċifiċi, ma jżidux ir-riskji fis-servizzi finanzjarji fl-ekonomija nazzjonali tagħhom? U speċifikament meta jiġu biex jisilfu lill-intrapriżi żgħar u medji? Teoretikament, il-banek kollha għandhom jiġu trattati ndaqs irrispettivament mid-daqs tagħhom u m’għandhomx jitilfu l-kompetittività tagħhom”, qal Sant lill-Kummissarju Dombrovskis.

FIL-LIMBU

L-Unjoni Ewropea tinsab f’limbu politiku. Wara l-kriżijiet tal-Greċja, tal-Ewro, tal-immigrazzjoni, tat-terroriżmu, issa għandha l-akbar kriżi. Dik tal-BREXIT. Sa issa l-ebda ...
Read More

SANZJONIJIET SIMBOLIĊI KONTRA SPANJA U L-PORTUGALL

Il-Ministri tal-ECOFIN fetħu l-prospetti ta’ sanzjonijiet finanzjarji kontra Spanja u l-Portugall  li ma osservawx ir-regoli tal-Budget bejn 2013-2015. L-istess Ministri ...
Read More

L-UNJONI EWROPEA QED TIDHER INEFFETTIVA

L-inkoerenzi fid-deċiżjonijiet meħuda mill-Unjoni Ewropea fl-aħħar sitt xhur komplew aktar jiżdiedu. Dan qalu l-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu ...
Read More

IL-BANEK IŻ-ŻGĦAR TAL-UE JILMENTAW MINN PIŻIJIET SPROPORZJONATI

Ħafna banek żgħar fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea qed jilmentaw li l-ħtiġijiet ġodda imposti fuqhom qed jgħabbuhom b’piżijiet sproporzjonati. Il-Kummissarju Ewropew Valdis ...
Read More

IL-PRESIDENZA SLOVAKKA KONTRA TIBDIL FIT-TRATTATI

Il-Prim Ministru Slovakk Robert Fico qal li matul il-Presidenza Slovakka mhux qed jippjana tibdil fit-trattati bħala parti mir-riformi tal-Unjoni Ewropea ...
Read More

IL-FLESSIBILITA` FIT-TASSAZZJONI IMPORTANTI GĦALL-GVERNIJIET NAZZJONALI

Il-kompetizzjoni fit-tassazzjoni għandha tibqa’ responsabbiltà tal-gvernijiet nazzjonali tal-membri stati tal-Unjoni Ewropea. Jekk l-UE tnaqqas il-flessibilità fil-politika tat-tassazzjoni tkompli tagħmel ħsara akbar ...
Read More

IL-BALKANI PARTI MILL-PROĠETT EWROPEW

Federica Mogherini, responsabbli mill-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-UE, qalet li l-proċess tat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea se jkompli minkejja l-BREXIT ...
Read More

ESTIŻI S-SANZJONIJIET RUSSI

Il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea qablu b’vot unanimu li jestendu s-sanzjonijiet fuq ir-Russja sa Jannar 2017. Aktar kmieni din is-sena, l-Assemblea ...
Read More

XITA TA’ FRIEFET F’ PARIĠI

Is-servizzi tas-sigurtà Franċiżi ftit basru li eluf kbar ta’ friefet kienu se jinvadu Stade de France fil-kapitali Franċiża minn 24 ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment