Il-Prim Ministru Slovakk Robert Fico qal li matul il-Presidenza Slovakka mhux qed jippjana tibdil fit-trattati bħala parti mir-riformi tal-Unjoni Ewropea. Wara l-BREXIT ħafna jħossu li hemm bżonn ta’ riformi fil-fond fl-UE. Fico qal li matul il-Presidenza ta’ pajjiżu se jfittex li jikkomunika aktar fuq il-vantaġġi tas-sħubija fl-UE. Il-Ġermanja u l-Awstrija jaqblu ma’ dan il-ħsieb. Filwaqt li l-Polonja qed issejjaħ fil-miftuħ għal riformi instituzzjonali.

Il-pajjiżi membri ftiehmu li jagħmlu żmien ta’ riflessjoni qabel ma jerġgħu jiltaqgħu għal-laqgħa informali fis-16 ta’ Settembru fi Bratislava. Fico qal li laqgħa lil hinn minn Brussell jaf tkun aktar effettiva.

Il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker qal li sal-2003 il-laqgħat tal-Kunsill Ewropew kienu jsiru fil-pajjiż li jkollu l-presidenza. L-affarijiet inbidlu bit-trattat ta’ Nizza għax huwa irħas li jsiru Brussell. Il-Kummissjoni qalet li r-riformi, li jinkludu dawk dwar is-suq komuni, jridu jiġu spjegati tajjeb liċ-ċittadini Ewropej.

L-Unjoni Ewropea għandha sfida kbira dwar bilanċ fil-qasam tal-immigrazzjoni, mhux biss mar-Renju Unit. L-Unjoni qed tisħaq li jekk dan il-pajjiż irid aċċess għas-suq ħieles, irid iħalli moviment ħieles ukoll għaċ-ċittadini Ewropej.

Il-kwistjoni tal-immigrazzjoni mhix tqum biss fil-każ tar-Renju Unit. Fuq livell Ewropew il-Kummissjoni għandha l-problemi mas-Slovakki. Is-Slovakkja ħadet passi legali kontra r-regoli imposti mill-Kummissjoni dwar l-allokazzjoni obbligatorja tal-kwoti għall-immigranti. Is-Slovakkja ma taqbilx ukoll mar-riformi tat-trattat ta’ Dublin li jisħqu fuq sanzjonijiet ekonomiċi għal dawk l-istati membri li ma jridux jaċċettaw immigranti f’pajjiżhom.

FIL-LIMBU

L-Unjoni Ewropea tinsab f’limbu politiku. Wara l-kriżijiet tal-Greċja, tal-Ewro, tal-immigrazzjoni, tat-terroriżmu, issa għandha l-akbar kriżi. Dik tal-BREXIT. Sa issa l-ebda ...
Read More

SANZJONIJIET SIMBOLIĊI KONTRA SPANJA U L-PORTUGALL

Il-Ministri tal-ECOFIN fetħu l-prospetti ta’ sanzjonijiet finanzjarji kontra Spanja u l-Portugall  li ma osservawx ir-regoli tal-Budget bejn 2013-2015. L-istess Ministri ...
Read More

L-UNJONI EWROPEA QED TIDHER INEFFETTIVA

L-inkoerenzi fid-deċiżjonijiet meħuda mill-Unjoni Ewropea fl-aħħar sitt xhur komplew aktar jiżdiedu. Dan qalu l-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu ...
Read More

IL-BANEK IŻ-ŻGĦAR TAL-UE JILMENTAW MINN PIŻIJIET SPROPORZJONATI

Ħafna banek żgħar fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea qed jilmentaw li l-ħtiġijiet ġodda imposti fuqhom qed jgħabbuhom b’piżijiet sproporzjonati. Il-Kummissarju Ewropew Valdis ...
Read More

IL-PRESIDENZA SLOVAKKA KONTRA TIBDIL FIT-TRATTATI

Il-Prim Ministru Slovakk Robert Fico qal li matul il-Presidenza Slovakka mhux qed jippjana tibdil fit-trattati bħala parti mir-riformi tal-Unjoni Ewropea ...
Read More

IL-FLESSIBILITA` FIT-TASSAZZJONI IMPORTANTI GĦALL-GVERNIJIET NAZZJONALI

Il-kompetizzjoni fit-tassazzjoni għandha tibqa’ responsabbiltà tal-gvernijiet nazzjonali tal-membri stati tal-Unjoni Ewropea. Jekk l-UE tnaqqas il-flessibilità fil-politika tat-tassazzjoni tkompli tagħmel ħsara akbar ...
Read More

IL-BALKANI PARTI MILL-PROĠETT EWROPEW

Federica Mogherini, responsabbli mill-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-UE, qalet li l-proċess tat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea se jkompli minkejja l-BREXIT ...
Read More

ESTIŻI S-SANZJONIJIET RUSSI

Il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea qablu b’vot unanimu li jestendu s-sanzjonijiet fuq ir-Russja sa Jannar 2017. Aktar kmieni din is-sena, l-Assemblea ...
Read More

XITA TA’ FRIEFET F’ PARIĠI

Is-servizzi tas-sigurtà Franċiżi ftit basru li eluf kbar ta’ friefet kienu se jinvadu Stade de France fil-kapitali Franċiża minn 24 ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment