L-inkoerenzi fid-deċiżjonijiet meħuda mill-Unjoni Ewropea fl-aħħar sitt xhur komplew aktar jiżdiedu. Dan qalu l-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu waqt id-dibattitu dwar il-Presidenza Olandiża tal-UE li ġiet fi tmiemha fit-30 ta’ Ġunju. Dr Sant qal li wara l-attakki terroristiċi fi Brussell, ir-Referendum fl-Olanda fuq il-ftehim tal-Ukraina u issa l-BREXIT, l-Unjoni Ewropea qed tidher ineffettiva.

“Lilna jgħidulna li l-unika triq ’il quddiem hija l-promozzjoni ta’ “Aktar Ewropa”. Li dwar in-negozjar tal-BREXIT l-ewwel irid ikun innegozjat il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE u mbagħad isiru l-arranġamenti għar-relazzjonijiet mar-Renju Unit. Jgħidulna li l-kriżi tal-immigrazzjoni tinvolvi ftehim mat-Turkija bi strateġija moħbija ta’ soppressjoni u l-ħolqien ta’ aġenzija għall-fruntieri esterni tal-UE. Jgħidulna li rridu ninforzaw il-kooperazzjoni bejn is-servizzi tas-sigurtà nazzjonali biex negħlbu t-terroriżmu. Dan kollu juri id-diverġenzi diġà aċċellerati fi ħdan l-UE bl-awsterità neo-liberali fil-politika ekonomika.”

Dr Sant saħaq li l-Ewropa teħtieġ tikkonsolida l-pożizzjoni tagħha. Trid iżżomm bħala prijorità il-perspettivi u l-interessi nazzjonali tal-istati membri tagħha. Trid tnaqqas id-diverġenzi li żviluppaw bejn in-nord u s-sud u bejn il-lvant u ċ-ċentru tal-Ewropa.

FIL-LIMBU

L-Unjoni Ewropea tinsab f’limbu politiku. Wara l-kriżijiet tal-Greċja, tal-Ewro, tal-immigrazzjoni, tat-terroriżmu, issa għandha l-akbar kriżi. Dik tal-BREXIT. Sa issa l-ebda ...
Read More

SANZJONIJIET SIMBOLIĊI KONTRA SPANJA U L-PORTUGALL

Il-Ministri tal-ECOFIN fetħu l-prospetti ta’ sanzjonijiet finanzjarji kontra Spanja u l-Portugall  li ma osservawx ir-regoli tal-Budget bejn 2013-2015. L-istess Ministri ...
Read More

L-UNJONI EWROPEA QED TIDHER INEFFETTIVA

L-inkoerenzi fid-deċiżjonijiet meħuda mill-Unjoni Ewropea fl-aħħar sitt xhur komplew aktar jiżdiedu. Dan qalu l-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu ...
Read More

IL-BANEK IŻ-ŻGĦAR TAL-UE JILMENTAW MINN PIŻIJIET SPROPORZJONATI

Ħafna banek żgħar fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea qed jilmentaw li l-ħtiġijiet ġodda imposti fuqhom qed jgħabbuhom b’piżijiet sproporzjonati. Il-Kummissarju Ewropew Valdis ...
Read More

IL-PRESIDENZA SLOVAKKA KONTRA TIBDIL FIT-TRATTATI

Il-Prim Ministru Slovakk Robert Fico qal li matul il-Presidenza Slovakka mhux qed jippjana tibdil fit-trattati bħala parti mir-riformi tal-Unjoni Ewropea ...
Read More

IL-FLESSIBILITA` FIT-TASSAZZJONI IMPORTANTI GĦALL-GVERNIJIET NAZZJONALI

Il-kompetizzjoni fit-tassazzjoni għandha tibqa’ responsabbiltà tal-gvernijiet nazzjonali tal-membri stati tal-Unjoni Ewropea. Jekk l-UE tnaqqas il-flessibilità fil-politika tat-tassazzjoni tkompli tagħmel ħsara akbar ...
Read More

IL-BALKANI PARTI MILL-PROĠETT EWROPEW

Federica Mogherini, responsabbli mill-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-UE, qalet li l-proċess tat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea se jkompli minkejja l-BREXIT ...
Read More

ESTIŻI S-SANZJONIJIET RUSSI

Il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea qablu b’vot unanimu li jestendu s-sanzjonijiet fuq ir-Russja sa Jannar 2017. Aktar kmieni din is-sena, l-Assemblea ...
Read More

XITA TA’ FRIEFET F’ PARIĠI

Is-servizzi tas-sigurtà Franċiżi ftit basru li eluf kbar ta’ friefet kienu se jinvadu Stade de France fil-kapitali Franċiża minn 24 ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment