Il-Partit tal-Faxxisti fis-Slovakkja se jkunu jistgħu jikkontestaw l-elezzjonijiet Ewropej wara deċiżjoni tal-Qorti Slovakka. Il-partit tal-lemin estrem huwa kontra l-immigrazzjoni u kontra l-komunita` tar-Roma. Bħalissa għandu l-appoġġ ta’ 10% tal-votanti. Dan il-partit daħal l-ewwel darba fil-parlament f’Marzu tal-2016 bi 13-il siġġu minn 150 siġġijiet.
Fl-2017 il-prosekuturi fis-Slovakkja talbu li jissanzjonaw lil partit People’s Party Our Slovakia (LSNS), fuq il-bażi li dan il-partit kien qed jikser id-demokrazija.
Il-mexxej tal-Partit Marian Kotleba, 42 sena, magħruf li mexxa n-nies fit-toroq libsin l-uniformijiet suwed tan-neo-Nażisti qabel ma daħal fil-parlament. Kotleba kemm-il darba nżamm mill-pulizija u nstab ħati ta’ diskors ta’ mibegħda. Huwa faħħar ukoll President Slovakk ta’ żmien it-tieni gwerra dinjija Jozef Tiso, li qabel li jiddeporta għexieren ta’ eluf ta’ Lhud fil-Ġermanja Nażista.
“LSNS huwa partit faxxist,” qal il-Ministru tal-Ġustizzja Gabor Gal qabel il-verdett. “Il-Faxxiżmu ma għandux post fl-Islovakkja”.
Il-verdett għoġob ħafna lil Partit LSNS bil-mexxej Kotleba.
“Aħna qatt ma ksirna l-liġijiet tal-pajjiż u m’aħniex theddida għad-demokrazija.”
Kotleba qed iħeġġeġ lin-nies jivvotaw lil kandidati tal-partit tiegħu fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

L-INTERESSI TA’ MALTA L-EWWEL U QABEL KOLLOX
Read More

STIGMATIZZAZZJONI SUPERFIĊJALI TA’ MALTA
Read More

IS-SOĊJALISTI JIRBĦU FI SPANJA
Read More

L-INGLIŻI JISKARTAW L-EWROPA GĦALL-VAGANZI TAGĦHOM
Read More

IL-FAXXISTI SLOVAKKI SE JIKKONTESTAW L-ELEZZJONIJIET EWROPEJ
Read More

GĦAWDEX JEĦTIEĠ L-GĦAJNUNA TAL-ISTAT
Read More

MALTA FUQ QUDDIEM FIL-QASAM TAL-BLOCKCHAIN
Read More

L-OBESITA`: PESTA FOST IT-TFAL FIN-NOFSINHAR TAL-EWROPA
Read More
Post a comment