Il-Prim Ministu Spanjol Pedro Sanchez se jerġa’ jikseb il-poter wara li s-Soċjalisti ġabu aktar voti min-nazzjonalisti fl-elezzjonijiet ta’ nhar il-Ħadd, riżultat li qal jagħtih kuraġġ għall-elezzjonijiet Ewropej.

Is-Soċjalisti kisbu aktar siġġijiet fi Spanja f’elezzjonijiet jaħarqu u b’partit tal-lemin estrem ewroxettiku li kkampanja kontra l-immigrazzjoni. Il-voti tal-partiti tal-lemin inxterdu bejn il-partiti filwaqt li s-Soċjalisti kważi ġabu 50% żieda fis-siġġijiet tal-parlament.

“Is-Soċjaliżmu Demokratiku għandu futur kbir għax fil-preżent huwa b’saħħtu u Spanja hija xhieda ta’ dan. Se nifformaw gvern favur l-Ewropa biex insaħħu mhux indgħajfu l-Ewropa.” qal Sanchez.

Dawk favur aktar integrazzjoni Ewropea ħadu n-nifs bir-riżultat. Il-partit tal-lemin estrem Vox irnexxielu jieħu vot minn kull 10 u kiseb 24 siġġu – preżenza sinifikanti fil-parlament Spanjol iżda mxekkla mir-riżultat kbir li kisbu s-Soċjalisti.

Issa jibdew it-taħdidiet biex ikun ifformat gvern ta’ koalizzjoni. Sanchez se jkollu jifforma gvern mal-partit xellugi Podemos, u ma’ għadd ta’ partiti żgħar oħra. Għadu mhux ċar għandux bżonn l-appoġġ tas-separatisti Katalani biex jifforma l-koalizzjoni tiegħu. Din il-koalizzjoni x’aktarx issir wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

Ħareġ kważi rekord ta’ nies jivvotaw għal elezzjoni ġenerali Spanjola, t-tielet waħda f’erbgħa snin, b’kampanja ddominata mill-identita` u l-għaqda nazzjonali aktar milli fuq l-ekonomija.

Is-Soċjalisti kisbu 123 siġġu f’parlament ta’ 350 siġġu. L-ikbar tellief f’din l-elezzjoni kien il-partit tal-Popolari Ewropej.

L-INTERESSI TA’ MALTA  L-EWWEL U QABEL KOLLOX

Se jkun kruċjali għall-Maltin u l-Għawdxin li fil-Parlament Ewropew ipoġġu deputati li tassew u l-ħin kollu jpoġġu l-interessi ta’ Malta ...
Read More

STIGMATIZZAZZJONI SUPERFIĊJALI TA’ MALTA

Fl-aħħar intervent tiegħu qabel għalaq il-Parlament Ewropew, Alfred Sant qal li l-Parlament Ewropew qed iċedi għal stigmatizzazzjoni superfiċjali ta’ Malta ...
Read More

IS-SOĊJALISTI JIRBĦU FI SPANJA

Il-Prim Ministu Spanjol Pedro Sanchez se jerġa’ jikseb il-poter wara li s-Soċjalisti ġabu aktar voti min-nazzjonalisti fl-elezzjonijiet ta’ nhar il-Ħadd, ...
Read More

L-INGLIŻI JISKARTAW L-EWROPA GĦALL-VAGANZI TAGĦHOM

Aktar Brittaniċi qed jagħżlu destinazzjonijiet barra l-UE għal vaganzi tagħhom meta kkomparat mas-snin li għaddew fid-dawl tal-limbu tal-Brexit, skont il-kumpanija ...
Read More

 IL-FAXXISTI SLOVAKKI SE JIKKONTESTAW L-ELEZZJONIJIET EWROPEJ

Il-Partit tal-Faxxisti fis-Slovakkja se jkunu jistgħu jikkontestaw l-elezzjonijiet Ewropej wara deċiżjoni tal-Qorti Slovakka. Il-partit tal-lemin estrem huwa  kontra l-immigrazzjoni u ...
Read More

GĦAWDEX JEĦTIEĠ L-GĦAJNUNA TAL-ISTAT

Gżejjer żgħar bħal Għawdex għandhom bżonn l-għajnuna tal-istat. Din l-għajnuna ma taffettwax is-suq komuni Ewropew imma l-UE għadha ma tridx ...
Read More

MALTA FUQ QUDDIEM FIL-QASAM TAL-BLOCKCHAIN

Malta hija fuq quddiem nett fil-promozzjoni tat-teknoloġija tal-blockchain billi stabbiliet qafas regolatorju fuq livell nazzjonali, qal Alfred Sant fi stqarrija ...
Read More

L-OBESITA`: PESTA FOST IT-TFAL FIN-NOFSINHAR TAL-EWROPA

Il-każijiet ta’ obeżita` u piż żejjed żdiedu fin-naħa t’isfel tal-Ewropa, skont studju tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO). L-organizzazzjoni ppreżentat ir-riċerka tagħha ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment