Se jkun kruċjali għall-Maltin u l-Għawdxin li fil-Parlament Ewropew ipoġġu deputati li tassew u l-ħin kollu jpoġġu l-interessi ta’ Malta l-ewwel u qabel kollox. Fil-Parlament matul il-ħames snin li ġejjin, is-sitwazzjoni se tkun aktar iebsa għal Malta milli diġà kienet matul l-aħħar mandat. Taħt attakk, se tibqa’ tkun is-sistema li biha Malta tissettja t-tassazzjoni tagħha. Din sa issa kienet kruċjali biex pajjiżna, taħt gvern soċjalista, ikebbes tkabbir ekonomiku bla preċedent mill-Indipendenza lil hawn, titjib li baqa’ għaddej għal numru ta’ snin u għadu sejjer. Fl-aħħar snin, kellna nopponu bil-qawwi proposti finanzjarji li huma ta’ detriment għall-ekonomija tagħna għax tnaqqsilna mill-flessibiltà fil-mod kif nissettjaw it-taxxi tagħna.

Malta teħtieġ il-flessibilità biex nattiraw l-investiment lejna, qal l-ex Prim Ministru Alfred Sant fin-Naxxar.

“B’xorti ħażina, l-imġiba tad-deputati Nazzjonalisti fil-Parlament ħadmet biex tiġbed kritika u attakki fuq isem il-pajjiż u serviet l-interessi ta’ dawk li jridu jmexxu proposti li jagħmlulna ħsara.”

Alfred Sant qal li kien ta’ għajb li d-Deputati Nazzjonalisti fil-Parlament Ewropew taw l-appoġġ tagħhom biex Parlamentari oħra barranin attakkaw lil Malta. Kull deputat irid jaħdem b’diliġenza, onestà, u impenn. B’hekk biss nistgħu nikkompensaw għall-fatt li n-numru ta’ deputati Maltin hu tassew ċkejken fil-Parlament Ewropew.

L-INTERESSI TA’ MALTA  L-EWWEL U QABEL KOLLOX

Se jkun kruċjali għall-Maltin u l-Għawdxin li fil-Parlament Ewropew ipoġġu deputati li tassew u l-ħin kollu jpoġġu l-interessi ta’ Malta ...
Read More

STIGMATIZZAZZJONI SUPERFIĊJALI TA’ MALTA

Fl-aħħar intervent tiegħu qabel għalaq il-Parlament Ewropew, Alfred Sant qal li l-Parlament Ewropew qed iċedi għal stigmatizzazzjoni superfiċjali ta’ Malta ...
Read More

IS-SOĊJALISTI JIRBĦU FI SPANJA

Il-Prim Ministu Spanjol Pedro Sanchez se jerġa’ jikseb il-poter wara li s-Soċjalisti ġabu aktar voti min-nazzjonalisti fl-elezzjonijiet ta’ nhar il-Ħadd, ...
Read More

L-INGLIŻI JISKARTAW L-EWROPA GĦALL-VAGANZI TAGĦHOM

Aktar Brittaniċi qed jagħżlu destinazzjonijiet barra l-UE għal vaganzi tagħhom meta kkomparat mas-snin li għaddew fid-dawl tal-limbu tal-Brexit, skont il-kumpanija ...
Read More

 IL-FAXXISTI SLOVAKKI SE JIKKONTESTAW L-ELEZZJONIJIET EWROPEJ

Il-Partit tal-Faxxisti fis-Slovakkja se jkunu jistgħu jikkontestaw l-elezzjonijiet Ewropej wara deċiżjoni tal-Qorti Slovakka. Il-partit tal-lemin estrem huwa  kontra l-immigrazzjoni u ...
Read More

GĦAWDEX JEĦTIEĠ L-GĦAJNUNA TAL-ISTAT

Gżejjer żgħar bħal Għawdex għandhom bżonn l-għajnuna tal-istat. Din l-għajnuna ma taffettwax is-suq komuni Ewropew imma l-UE għadha ma tridx ...
Read More

MALTA FUQ QUDDIEM FIL-QASAM TAL-BLOCKCHAIN

Malta hija fuq quddiem nett fil-promozzjoni tat-teknoloġija tal-blockchain billi stabbiliet qafas regolatorju fuq livell nazzjonali, qal Alfred Sant fi stqarrija ...
Read More

L-OBESITA`: PESTA FOST IT-TFAL FIN-NOFSINHAR TAL-EWROPA

Il-każijiet ta’ obeżita` u piż żejjed żdiedu fin-naħa t’isfel tal-Ewropa, skont studju tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO). L-organizzazzjoni ppreżentat ir-riċerka tagħha ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment