Aktar Brittaniċi qed jagħżlu destinazzjonijiet barra l-UE għal vaganzi tagħhom meta kkomparat mas-snin li għaddew fid-dawl tal-limbu tal-Brexit, skont il-kumpanija tal-ivjaġġar Thomas Cook.
Kważi nofs (48%) il-vaganzi li biegħ dan l-aġent sal-aħħar ta’ Frar 2019 kienu għal destinazzjonijiet li mhux fl-UE – żieda ta’ 10% fuq l-2018.
“Huwa ċar li l-inċertezza, id-dewmien u l-mod li bih qed isir il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE wassal biex ħafna ipposponew id-deċiżjoni li jibbukkjaw il-vaganza tas-Sajf tagħhom”.
Minkejja kollox Spanja baqgħet l-iktar destinazzjoni popolari mad-19-il miljun persuna li jibbukkjaw il-vaganza tagħhom ma’ Thomas Cook kull sena.
It-Turkija u t-Tuneżija huma dawk li maħsuba jżidu l-aktar vjaġġaturi Brittaniċi lejhom wara li f’dawn l-aħħar snin iż-żewġ pajjiżi batew min-nuqqas ta’ turisti minħabba attakki terroristiċi.
Il-Greċja ma baqgħetx it-tieni l-aktar post popolari u postha ttieħed mit-Turkija, filwaqt li t-Tuneżija sfat aktar popolari u mill-għaxar post telgħet għas-seba’ post fil-lista tal-aktar destinazzjoni popolari ta’ dan is-sajf.
Ir-Renju Unit kellu joħroġ mill-UE fid-29 ta’ Marzu, iżda l-Parlament Ingliż staġna dwar it-termini ta’ ftehim li nnegozjat il-Prim Ministru Theresa May. Il-Brexit issa mistenni jseħħ fil-31 ta’ Ottubru 2019.
Minkejja l-inċertezza li ħafna qed isemmu, 3, 422 vjaġġatur intervistat minn Thomas Cook – l-aktar aġenzija tal-ivjaġġar qadima fid-dinja, qal li hemm aktar ċans li jsiefru mis-sena l-oħra.

L-INTERESSI TA’ MALTA L-EWWEL U QABEL KOLLOX
Read More

STIGMATIZZAZZJONI SUPERFIĊJALI TA’ MALTA
Read More

IS-SOĊJALISTI JIRBĦU FI SPANJA
Read More

L-INGLIŻI JISKARTAW L-EWROPA GĦALL-VAGANZI TAGĦHOM
Read More

IL-FAXXISTI SLOVAKKI SE JIKKONTESTAW L-ELEZZJONIJIET EWROPEJ
Read More

GĦAWDEX JEĦTIEĠ L-GĦAJNUNA TAL-ISTAT
Read More

MALTA FUQ QUDDIEM FIL-QASAM TAL-BLOCKCHAIN
Read More

L-OBESITA`: PESTA FOST IT-TFAL FIN-NOFSINHAR TAL-EWROPA
Read More
Post a comment