Fl-aħħar intervent tiegħu qabel għalaq il-Parlament Ewropew, Alfred Sant qal li l-Parlament Ewropew qed iċedi għal stigmatizzazzjoni superfiċjali ta’ Malta. L-ex Prim Ministru Laburista qal dan meta spjega għala kien qed jastjeni fuq riżoluzzjoni dwar in-Negozjati mal-Kunsill u mal-Kummissjoni Ewropea dwar id-dritt għal inkjesti mill-Parlament Ewropew fl-aħħar sessjoni tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu qabel isiru l-elezzjonijiet Ewropej.
Alfred Sant qal li riċentement il-Parlament Ewropew beda juża d-drittijiet investigattivi tiegħu b’kumitati speċjali ta’ inkjesta wara li kien hemm bosta skandli. Il-Kumitat tat-TAXE, imwaqqaf wara l-iskandlu tal-LUXLEAKS, l-emissjonijiet fis-settur tal-karozzi wrew il-ħila tal-Parlament li jikkontribwixxi sew fid-dibattitu pubbliku Ewropew.
Alfred Sant qal li saru eżerċizzji biex ikun magħruf il-ksur tal-liġi Ewropea f’dan ir-rigward. L-ewwel Kumitat tat-TAXE ħareġ b’ideat għal tassazzjoni aktar trasparenti fl-UE u sejjaħ għal proposta leġislattiva f’kull rapport minn stat għal ieħor tal-UE dwar il-profitti, taxxi u sussidji tal-kumpaniji. Dwar dan il-Kummissjoni Ewropea ħabbret pjani xhur wara.
“Wieħed kien jistenna l-aqwa metodoloġiji u proċeduri fl-evalwazzjoni tal-politika tat-tassazzjoni u tas-servizzi finanzjarji. Minflok, dal-Parlament ċeda għal stigmatizzazzjoni superfiċjali ta’ ċerti pajjiżi, l-aktar pajjiżi Malta, setturi tan-negozji u professjonijiet.”
Il-limitazzjonijiet tad-drittijiet investigattivi tal-Parlament Ewropew huma ċari waqt li l-populiżmu tat-taxxi u stqarrijiet ġeneralizzati ħadu post proċeduri oġġettivi. Dan iqajjem dubju dwar il-kredibbilità u l-effettività tad-dritt ta’ inkjesta mill-Parlament Ewropew.

L-INTERESSI TA’ MALTA L-EWWEL U QABEL KOLLOX
Read More

STIGMATIZZAZZJONI SUPERFIĊJALI TA’ MALTA
Read More

IS-SOĊJALISTI JIRBĦU FI SPANJA
Read More

L-INGLIŻI JISKARTAW L-EWROPA GĦALL-VAGANZI TAGĦHOM
Read More

IL-FAXXISTI SLOVAKKI SE JIKKONTESTAW L-ELEZZJONIJIET EWROPEJ
Read More

GĦAWDEX JEĦTIEĠ L-GĦAJNUNA TAL-ISTAT
Read More

MALTA FUQ QUDDIEM FIL-QASAM TAL-BLOCKCHAIN
Read More

L-OBESITA`: PESTA FOST IT-TFAL FIN-NOFSINHAR TAL-EWROPA
Read More
Post a comment