Malta hija fuq quddiem nett fil-promozzjoni tat-teknoloġija tal-blockchain billi stabbiliet qafas regolatorju fuq livell nazzjonali, qal Alfred Sant fi stqarrija lil media finanzjarja internazzjonali preżenti fil-Parlament Ewropew. Sant qal li l-UE ma għandhiex tgħaġġel biex iddaħħal qafas regolatorju għat-teknoloġija tal-blockchain fuq livell Ewropew minħabba it-talba ta’ xi Gvern partikolari.
L-MEP kien qed jirreaġixxi għad-dikjarazzjoni tal-Ministru Franċiż Bruno Le Maire. Fid-diskors tiegħu fil-konferenza ‘Paris Blockchain’ fil-15 ta’ April, il-Ministru Le Maire tkellem dwar il-ħolqien ta’ qafas regolatorju Ewropew li jirregola l-crypto-assets, ispirat mill-mudell Franċiż. Quddiem esponenti ewlenin tat-teknoloġija tal-Blockchain, Le Maire qal li jixtieq li Franza tkun “mudell ta’ referenza” fuq livell Ewropew u internazzjonali.
Alfred Sant qal li jaqbel mal-Ministru Le Maire fuq l-impatt pożittiv tat-teknoloġija tal-Blockchain, b’mod partikolari fuq il-konsumaturi u ċ-ċittadini, f’firxa wiesgħa ta’ setturi.
Alfred Sant żied jgħid li qafas legali Ewropew għandu jikkonsidra s-sistemi kollha nazzjonali, mhux l-inqas il-qafas Malti li kien l-ewwel wieħed li ġie stabbilit. Wieħed irid jikkonsidra wkoll il-fatt li t-teknoloġija tal-Blockchain teħtieġ ż-żmien biex tiżviluppa aktar u li qafas Ewropew ma għandux jidħol bl-għaġġla fil-mument attwali għax dan jista’ jaffettwa l-iżvilupp u l-innovazzjoni f’dan il-qasam.

L-INTERESSI TA’ MALTA L-EWWEL U QABEL KOLLOX
Read More

STIGMATIZZAZZJONI SUPERFIĊJALI TA’ MALTA
Read More

IS-SOĊJALISTI JIRBĦU FI SPANJA
Read More

L-INGLIŻI JISKARTAW L-EWROPA GĦALL-VAGANZI TAGĦHOM
Read More

IL-FAXXISTI SLOVAKKI SE JIKKONTESTAW L-ELEZZJONIJIET EWROPEJ
Read More

GĦAWDEX JEĦTIEĠ L-GĦAJNUNA TAL-ISTAT
Read More

MALTA FUQ QUDDIEM FIL-QASAM TAL-BLOCKCHAIN
Read More

L-OBESITA`: PESTA FOST IT-TFAL FIN-NOFSINHAR TAL-EWROPA
Read More
Post a comment