Il-każijiet ta’ obeżita` u piż żejjed żdiedu fin-naħa t’isfel tal-Ewropa, skont studju tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO). L-organizzazzjoni ppreżentat ir-riċerka tagħha fejn instab li f’pajjiżi fis-Sud tal-Ewropa bħal Greċja, Malta, l-Italja, Spanja u San Marino l-obeżita` hija ogħla minn 4% tal-popolazzjoni tat-tfal tal-iskola – l-ogħla fost il-21 pajjiż li fih sar dan l-istudju.
Fil-pajjiżi nordiċi u tal-punent bħal Belġju, Irlanda, Norveġja u Svezja r-rati huma ta’ anqas minn 2%.
Fl-istudju ma kinux inklużi pajjiżi kbar bħal Ġermanja, Franza u r-Renju Unit.
Fil-Greċja, Spanja u l-Italja hemm prevalenza ta’ 40% tal-popolazzjoni li għandha piż żejjed jew obeżita`, filwaqt li f’San Marino, Portugall u Malta l-persentaġġ huwa ta’ aktar minn 30%.
Għadu mhux ċar għaliex il-pajjiżi tas-Sud tal-Ewropa huma aktar milqutin bl-obeżita`
L-irqad, id-dieta u l-attivita` fiżika kollha huma fatturi li jaffettwaw il-piż. Ir-riċerkaturi qalu li l-problema qed tiżdied anki minħabba l-fatt li d-dieta Mediterranea qed tonqos.

L-INTERESSI TA’ MALTA L-EWWEL U QABEL KOLLOX
Read More

STIGMATIZZAZZJONI SUPERFIĊJALI TA’ MALTA
Read More

IS-SOĊJALISTI JIRBĦU FI SPANJA
Read More

L-INGLIŻI JISKARTAW L-EWROPA GĦALL-VAGANZI TAGĦHOM
Read More

IL-FAXXISTI SLOVAKKI SE JIKKONTESTAW L-ELEZZJONIJIET EWROPEJ
Read More

GĦAWDEX JEĦTIEĠ L-GĦAJNUNA TAL-ISTAT
Read More

MALTA FUQ QUDDIEM FIL-QASAM TAL-BLOCKCHAIN
Read More

L-OBESITA`: PESTA FOST IT-TFAL FIN-NOFSINHAR TAL-EWROPA
Read More
Post a comment