Ir-relazzjonijiet komplikati ta’ Spanja mal-Katalonja komplew sejrin fil-limbu hekk kif il-mexxej Katalan Carles Puigdemont ħabbar li l-Katalonja se tiddikjara l-indipendenza minn ma’ Spanja mill-aktar fis.

Il-Ħadd li għadda dan ir-reġjun sejjaħ għal referendum għall-indipendenza tiegħu. Waqt ħin il-votazzjoni nqalgħu ħafna inċidenti bejn il-forzi tal-ordni li pprovaw iwaqqfu l-votazzjoni u l-votanti. Dan għaliex il-gvern ċentrali Spanjol qal li dan ir-referendum imur kontra l-kostituzzjoni ta’ Spanja u huwa illegali.

Il-gvern Spanjol f’Madrid qed jiddiskuti r-reazzjoni tiegħu għall-ikbar kriżi politika li qatt kellha Spanja wara l-Gwerra Ċivili. Dan wara li 90% ta’ dawk li vvotaw fir-referendum Katalan appoġġjaw l-indipendenza tal-Katalonja. Dawk li ħarġu jivvotaw ammontaw 42.3% tal-voti reġistrati.

Skont l-awtoritajiet Katalani, aktar minn 2.2 miljun ruħ ivvotaw minn total ta’ 5.3 miljun ruħ b’voti reġistrati. Kelliem Katalan qal li aktar minn 750, 000 vot ma setgħux jingħaddu minħabba li l-urni ġew ikkonfiskati mill-pulizija. L-Awtoritajiet Katalani u l-Gvern ċentrali Spanjol mhux qed jaqblu dwar kemm-il post tal-votazzjoni ngħalaq mill-forzi tal-ordni waqt ħin tal-votazzjoni.

Il-Gvern Spanjol qal li numru ta’ Katalani vvotaw darbtejn fir-referendum.

Il-mexxej Katalan Carles Puigdemont qal li dan ir-reġjun Spanjol rebaħ id-dritt li jsir indipendenti wara referendum imtebba’ bil-vjolenza.

Il-Katalonja hija reġjun sinjur ta’ 7.5 miljun ruħ fil-grigal ta’ Spanja, bil-lingwa u l-kultura tagħha. Għandha ċertu awtonomija imma mhix rikonoxxuta bħala nazzjon indipendenti mill-kostituzzjoni Spanjola.

 

L-ISTESS ŻARBUN GĦAL MALTA

Alfred Sant talab formalment lill-Kummissjoni Ewropea biex tikkonsidra li ttawwal iż-żmien tal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Assigurazzjoni bi tnax-il xahar, skont ix-xewqa tal-industrija ...
Read More

L-EWWEL INTOPPI GĦALL-FUTUR TAL-EWROPA

Fil-Ġermanja l-proċess għal formazzjoni ta’ koalizzjoni jaf jieħu x-xhur. Il-partiti ż-żgħar li magħhom se jkollha taħdem Angela Merkel għandhom ideat ...
Read More

IL-KATALONJA FIL-LIMBU

Ir-relazzjonijiet komplikati ta’ Spanja mal-Katalonja komplew sejrin fil-limbu hekk kif il-mexxej Katalan Carles Puigdemont ħabbar li l-Katalonja se tiddikjara l-indipendenza ...
Read More

MITT NEGOZJU BRITANNIKU JITOLBU TRANŻIZZJONI SA TLIET SNIN WARA L-BREXIT

Aktar minn mitt negozju attiv fir-Renju Unit, li jirrappreżentaw aktar minn 500, 000 impjieg fir-Renju Unit u aktar minn 600, ...
Read More

L-EWWEL KONKLUŻJONIJIET DWAR IT-TURKIJA GĦAL NOFS OTTUBRU

L-ewwel konklużjonijiet dwar is-sħubija tat-Turkija fl-UE mistennija joħorġu wara s-summit tal-mexxejja tal-istati membri tal-Kunsill tal-UE f’nofs Ottubru. Id-dibattitu dwar it-Turkija ...
Read More

BUDAPEST TWIEGĦED BATTALJA POLITIKA U LEGALI

L-Ungerija qalet li se tirrispetta d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea dwar il-kwoti obbligatorji tal-immigranti iżda se tiġġieled din it-tip ta’ politika ...
Read More

TIBDIL FIR-REGOLI TAX-SCHENGEN

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li se tadatta r-regoli tal-Kodiċi tax-Schengen biex iwieġbu aħjar għat-theddid dwar is-sigurta` li qed jaffaċċjaw numru ta’ ...
Read More

IL-KE TRID ISSAĦĦAĦ IŻ-ŻONA EWRO

Il-Kummissarju tal-Ekonomija u l-Finanzi Pierre Moscovici ippreżenta l-isfidi li se taffaċċja ż-żona ewro fix-xhur li ġejjin. Moscovici esprima ruħu b’mod ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment