Aktar minn mitt negozju attiv fir-Renju Unit, li jirrappreżentaw aktar minn 500, 000 impjieg fir-Renju Unit u aktar minn 600, 000 impjieg fl-UE, qed jitolbu perijodu ta’ tranżizzjoni sa massimu ta’ tliet snin wara l-Brexit. Dan sabiex jevitaw li jispiċċaw “fix-xifer tal-irdum” fir-relazzjoni kummerċjali l-ġdida bejn l-UE u r-Renju Unit ġaladarba r-Renju Unit ma jkunx aktar stat membru. In-negozji qed iħeġġu lin-negozjaturi tal-Brexit biex ikunu sensibbli u realistiċi u jibdew fażi ġdida fin-negozjati.

It-tieni fażi tan-negozjati hija dwar il-futur tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn iż-żewġ naħat. In-negozjatur ewlieni tal-UE għall-Brexit Michel Barnier qal li għalkemm fit-taħdidiet sar progress, jistgħu jgħaddu ġimgħat u xhur qabel ma n-negozjati jgħaddu għal din il-fażi. Barnier reġa’ tenna li l-ewwel jeħtieġ isir qbil dwar id-divorzju mbagħad isiru l-arranġamenti dwar ir-relazzjoni kummerċjali futura bejn iż-żewġ partijiet. In-negozjatur ewlieni tal-UE saħaq li għad hemm differenzi kbar bejn iż-żewġ partijiet fosthom dwar l-obbligazzjonijiet finanzjarji tar-Renju Unit u r-rwol tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

In-negozji qed jgħidu li jekk ma jintlaħaqx ftehim, il-konsegwenza tkun telf ta’ impjiegi u telf fit-tkabbir ekonomiku għaż-żewġ naħat.

L-ISTESS ŻARBUN GĦAL MALTA

Alfred Sant talab formalment lill-Kummissjoni Ewropea biex tikkonsidra li ttawwal iż-żmien tal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Assigurazzjoni bi tnax-il xahar, skont ix-xewqa tal-industrija ...
Read More

L-EWWEL INTOPPI GĦALL-FUTUR TAL-EWROPA

Fil-Ġermanja l-proċess għal formazzjoni ta’ koalizzjoni jaf jieħu x-xhur. Il-partiti ż-żgħar li magħhom se jkollha taħdem Angela Merkel għandhom ideat ...
Read More

IL-KATALONJA FIL-LIMBU

Ir-relazzjonijiet komplikati ta’ Spanja mal-Katalonja komplew sejrin fil-limbu hekk kif il-mexxej Katalan Carles Puigdemont ħabbar li l-Katalonja se tiddikjara l-indipendenza ...
Read More

MITT NEGOZJU BRITANNIKU JITOLBU TRANŻIZZJONI SA TLIET SNIN WARA L-BREXIT

Aktar minn mitt negozju attiv fir-Renju Unit, li jirrappreżentaw aktar minn 500, 000 impjieg fir-Renju Unit u aktar minn 600, ...
Read More

L-EWWEL KONKLUŻJONIJIET DWAR IT-TURKIJA GĦAL NOFS OTTUBRU

L-ewwel konklużjonijiet dwar is-sħubija tat-Turkija fl-UE mistennija joħorġu wara s-summit tal-mexxejja tal-istati membri tal-Kunsill tal-UE f’nofs Ottubru. Id-dibattitu dwar it-Turkija ...
Read More

BUDAPEST TWIEGĦED BATTALJA POLITIKA U LEGALI

L-Ungerija qalet li se tirrispetta d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea dwar il-kwoti obbligatorji tal-immigranti iżda se tiġġieled din it-tip ta’ politika ...
Read More

TIBDIL FIR-REGOLI TAX-SCHENGEN

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li se tadatta r-regoli tal-Kodiċi tax-Schengen biex iwieġbu aħjar għat-theddid dwar is-sigurta` li qed jaffaċċjaw numru ta’ ...
Read More

IL-KE TRID ISSAĦĦAĦ IŻ-ŻONA EWRO

Il-Kummissarju tal-Ekonomija u l-Finanzi Pierre Moscovici ippreżenta l-isfidi li se taffaċċja ż-żona ewro fix-xhur li ġejjin. Moscovici esprima ruħu b’mod ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment