In-numru ta’ immigranti li mietu fil-Mediterran naqas bi kwart fl-2018 meta kkomparat mas-sena ta’ qabel, qalet l-aġenzija għar-refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti.
In-numru ta’ immigranti li waslu l-Ewropa wara li qasmu l-Mediterran ukoll naqas bl-istess proporzjon. Fl-2018 it-total laħħaq l-113,482 meta kkomparat mal-172, 301 tal-2017.
Spanja saret l-art ewlenija li fiha qed imorru l-immigranti u r-refuġjati mill-Afrika ta’ Fuq, b’55, 756 wasliet fl-2018.
Taħt il-Gvern attwali l-Italja naqqset drastikament il-wasliet tal-immigranti – madwar 23, 371 wasla. Fl-2017 fl-Italja kienu waslu 119, 369 immigrant mil-Libja.
Dawn iċ-ċifri huma ferm inqas minn dawk tal-2015 meta miljun persuna qasmu lejn l-Ewropa, ħafna minnhom mit-Turkija. L-effett ta’ dan l-influss għadu jidwi mal-kontinent u għadu jqanqal dibattiti kbar dwar il-politika tal-immigrazzjoni.
Dan il-fenomenu qed jagħti l-ħajja lil partiti tal-lemin estrem fil-pajjiżi li laqgħu numri kbar ta’ immigranti bħal Italja, Ġermanja u Svezja.
Il-bastimenti ta’ salvataġġ ukoll daħlu f’kontroversja wara li l-Gvern Taljan għalaq il-portijiet tiegħu.
L-Unjoni Ewropea toffri għajnuna u flejjes lil-Libja bil-ħsieb li tnaqqas l-influss ta’ immigranti.
L-ikbar ammont ta’ immigranti fl-2018 ġew mill-Punent tal-istat Afrikan tal-Guinea (13, 068), mill-Marokk (12, 745) u mill-Mali. Ġew ukoll immigranti mis-Sirja (9, 839), Afghanistan (7, 621) u Iraq (7, 333).

FIDUĊJA F’MALTA GĦAL EWROPA SOĊJALI
Read More

‘IR-RUMANIJA GĦAD TRID TIFHEM IR-RESPONSABBILTAJIET TAGĦHA.’
Read More

DAQSHEKK NEGOZJATI DWAR IL-BREXIT
Read More

IMUTU ANQAS IMMIGRANTI FIL-MEDITERRAN
Read More

KONTRA TAXXA DIĠITALI ARMONIZZATA
Read More

€305 MILJUN GĦALL-GREĊJA , L-ITALJA, ĊIPRU U L-KROAZJA
Read More

€93 MILJUN IEĦOR GĦALL-PALESTINA
Read More

IL-ĦUT JINŻLILHOM GĦASEL
Read More
Post a comment