Qed jiżdiedu n-nies bla saqaf fl-Ewropa. Dan ħareġ waqt seminar fil-Parlament Ewropew organizzat minn FEANTSA, il-federazzjoni Ewropea ta’ organizzazzjonijiet mill-istati membri li jaħdmu ma’ din il-minorita` ta’ nies. F’dan is-seminar ġew esplorati r-raġunijiet għala ċittadini Ewropej li jmorru f’postijiet oħra fl-Ewropa huma aktar vulnerabbli li jispiċċaw bla saqaf, speċjalment jekk ikollhom kundizzjonijiet ta’ xogħol prekarju.

L-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant qal li jinħtieġu soluzzjonijiet sistematiċi għan-nies bla saqaf fl-Ewropa u jidher li m’hemmx aptit politiku għal dan. Is-soluzzjonijiet parzjali mhumiex biżżejjed u huwa diffiċli negħlbu t-tentazzjoni li nikklassifikaw in-nies bla saqaf bħala problema marġinali. Dr Sant qal li l-Ewropa, għal darb’oħra, mhux tagħti kas din il-minorita` ta’ nies li ma rnexxilhomx joħolqu ħajja aħjar f’pajjiż Ewropew ieħor.

“Għalkemm ir-reġjun Ewropew huwa wieħed mill-iktar reġjuni għonja u soċjalment avvanzati fid-dinja, il-problema tan-nies bla saqaf hija kbira. Agħar minn hekk, din il-problema qed tikber. Dan mhux biss minħabba l-fenomenu tal-immigrazzjoni irregolari u bil-wasla ta’ numru kbir ta’ refuġjati. Il-problema qed tikber ukoll minħabba n-numru dejjem jiżdied ta’ ċittadini Ewropej li jagħżlu li jmorru f’pajjiż ieħor fi ħdan l-Unjoni bl-għan li jkollhom ħajja aħjar imma ma jirnexxilhomx. L-isfida ewlenija hija li nifhmu kif u għaliex is-soċjetà Ewropea li qed nippruvaw infasslu qed tħalli lok għal nies li jisfaw bla saqaf”. qal Dr Sant.

Therese Cini Sarreo, li rrappreżentat lil Malta u l-organizzazzjoni YMCA, tat idea ġenerali tas-sitwazzjoni tan-nies Ewropej li sfaw bla saqaf f’Malta.

 

L-ISFIDI QUDDIEMNA

Malta se tkun qed tanalizza l-ftehim milħuq bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea. Huwa fl-interess ta’ kulħadd, inkluż ta’ Malta ...
Read More

KAWTELA DWAR IR-RENJU UNIT

Il-Gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew laqgħu bil-kawtela l-qbil li ntlaħaq dwar is-sħubija tar-Renju Unit fl-UE. Saħqu li għad iridu jgħarblu dan ...
Read More

TLIET XHUR DETERMINANTI GĦAX-XENGEN

It-tliet xhur li ġejjin se jkunu determinanti għall-futur tax-Xengen. Kollox jiddependi minn kemm se jaħdem il-pjan ta’ azzjoni tal-UE mat-Turkija ...
Read More

IĊ-ĊINA THEDDED L-IMPJIEG TA’ 3.5 MILJUN EWROPEW

Aktar minn 5,200 ħaddiem mis-settur tal-azzar, ħadid, ħġieġ, aluminju, siment, ċeramika u kimika ħarġu jipprotestaw quddiem il-bini tal-Istituzzjonijiet tal-UE għax ...
Read More

JISSAĦĦAĦ IS-SETTUR BANKARJU

Mario Draghi, President tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) qal li s-settur bankarju fl-Ewropa huwa b’saħħtu għax tul l-aħħar snin il-banek kienu ...
Read More

JIKBER IL-KUMMERĊ FL-UE

Il-Kummerċ fl-UE kiber b’383% fl-2015 meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. B’kollox l-esportazzjoni tal-UE lejn il-kumplament tad-dinja laħqet €1.7891 triljun fl-2015 ...
Read More

QUO VADIS IL-BIEDJA EWROPEA?

L-Italja uriet it-tħassib tagħha għall-politika agrarja tal-Unjoni Ewropea. Dan wara li l-UE għamlet ftehim agrikolu mal-Ukrajna, Marokk, l-Afrika tal-Punent, il-Kanada, ...
Read More

JIŻDIEDU N-NIES BLA SAQAF FL-EWROPA

Qed jiżdiedu n-nies bla saqaf fl-Ewropa. Dan ħareġ waqt seminar fil-Parlament Ewropew organizzat minn FEANTSA, il-federazzjoni Ewropea ta’ organizzazzjonijiet mill-istati ...
Read More

KORPI MEDIĊI EWROPEJ F’KAŻ TA’ EMERĠENZA

L-UE għadha kemm nediet il-Korpi Mediċi Ewropej. F’kas ta’ emerġenza fil-qasam tas-saħħa, l-Unjoni tkun tista’ tibgħat dawn it-timijiet mediċi u ...
Read More

L-INDUSTRIJA TAL-MANIFATTURA TITLOB AKTAR FLESSIBILITA` MILL-UE

L-industrija tal-manifattura f’Malta teħtieġ  aktar flessibilita’ mill-Unjoni Ewropea. Dan qaluh rappreżentanti tal-industrija Maltija lil Alfred Sant, f’laqgħa fl-uffiċini tagħhom fil-Belt ...
Read More

X’INHI ENPI?

L-Unjoni Ewropea għandha fondi maħsuba biex jintefqu bejn numru ta’ pajjiżi waqt ħidma jew proġett li jkunu qed jagħmlu flimkien ...
Read More

MIN IĦADDEM MEQJUS BĦALA KONSUMATUR

Il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea qalet li f’kas li titjira tittardja, il-linji tal-ajru għandhom jagħtu kumpens mhux biss lil passiġġieri imma anki ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment