It-tliet xhur li ġejjin se jkunu determinanti għall-futur tax-Xengen. Kollox jiddependi minn kemm se jaħdem il-pjan ta’ azzjoni tal-UE mat-Turkija u minn kemm il-Greċja se tkun kapaċi tmexxi l-fruntieri tagħha aħjar mix-xhur li għaddew. Il-mexxejja Ewropej qed jittamaw li l-pjan mat-Turkija jirnexxi biex l-influss ta’ immigranti jonqos u ma jkunx hemm għalfejn ta’ fruntieri interni bejn il-pajjiżi. Jekk l-influss ta’ immigranti ma jonqosx, ix-Xengen f’riskju li tikkollassa.

Bħalissa hemm mat-300,000 Sirjan jistennew rifuġju fit-Turkija. It-Turkija diġa` għandha 2.5 miljun Sirjan fuq it-territorju tagħha. Minkejja l-pjan ta’ azzjoni, għalissa n-numru ta’ immigranti li deħlin mill-Greċja għadu għoli ħafna. Jekk fir-Rebbiegħa jerġa’ jiżdied il-mewġ tal-immigranti, l-UE terġa’ ssib ruħha fuq sieq waħda.

L-UE qed tittama li t-€3 biljun lit-Turkija jsarrfu f’inqas immigranti lejn l-Ewropa.

Il-Ġreċja, qrib ħafna t-Turkija, kienet parikolarment milquta mill-kriżi tal-immigrazzjoni u ma setgħetx tlaħħaq mal-immigranti. Dan il-pajjiż ingħata 50 rakkomandazzjoni li jrid jimplimenta fi tliet xhur, minkejja li l-Greċja vvutat kontrihom. Il-ħsieb hu li bi tmexxija tajba tal-fruntiera Griega, il-pajjiżi l-oħra tax-Xengen ma jkollhomx għalfejn jagħmlu l-kontrolli fuq il-fruntieri interni tagħhom. Diġa` hemm il-pjan pero`, li jekk l-affarijiet ma jitjibux fi żmien tliet xhur, xi pajjiżi tax-Xengen jestendu l-kontrolli fuq il-fruntieri interni għal sentejn.

Fost ir-rakkommandazzjonijiet hemm il-ħtieġa li l-Greċja ttejjeb il-proċess ta’ reġistrazzjoni, tgħasses aħjar u iktar ta’ spiss il-baħar Eġew, tikkopera mal-Uffiċċjali Torok, ittejjeb ir-riżorsi, l-infrastruttura u affarijiet oħra ta’ dan it-tip.

Il-Kummissjoni se tagħti €12.7 lil Greċja biex il-pajjiż joħloq 8,000 post ieħor għall-immigranti li l-UE trid li jiqbgħu fuq territorju Grieg. Il-Greċja qablet li biż-żmien toħloq 50, 000 post ġdid f’ċentri magħmula bil-kampijiet. F’dawn iċ-ċentri l-immigranti jkunu reġistrati, jittiħdulhom il-‘finger prints’ biex jiġi deċiż min hu eleġibbli għall-ażil u min għandu jintbagħat lura.

Il-Kummissjoni se tagħti €10 miljun ieħor lil Maċedonja bħala għajnuna fit-tmexxija tal-fruntiera tagħha mal-Greċja.

L-Awstrija qed tagħmel limitu fuq kemm tipproċessa applikazzjonijiet kuljum. Il-Kummissjoni qalet li dawn il-limiti huma illegali u saħqet biex kull stat membru jimxi fuq ir-regoli tax-Xengen u biex l-istati ma jeħdux inizjattivi waħedhom. L-Awstrija mhux se tipproċessa aktar minn 80 talba ta’ ażil kuljum. F’ġurnata waħda mhux se tħalli aktar minn 3, 200 persuna taqsam it-territorju tagħha.

Franza qalet li l-UE ma tistax tilqa’ aktar refuġjati. Lesta taċċetta 30,000 ruħ mill-pjan ta’ rilokazzjoni imma xejn aktar.

L-Unjoni Ewropea qed tisħaq għal soluzzjoni fuq livell Ewropew, l-aktar bil-monitoraġġ tal-pjan ta’ azzjoni tat-Turkija u bit-tmexxija tajba tal-fruntieri esterni.

L-ISFIDI QUDDIEMNA

Malta se tkun qed tanalizza l-ftehim milħuq bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea. Huwa fl-interess ta’ kulħadd, inkluż ta’ Malta ...
Read More

KAWTELA DWAR IR-RENJU UNIT

Il-Gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew laqgħu bil-kawtela l-qbil li ntlaħaq dwar is-sħubija tar-Renju Unit fl-UE. Saħqu li għad iridu jgħarblu dan ...
Read More

TLIET XHUR DETERMINANTI GĦAX-XENGEN

It-tliet xhur li ġejjin se jkunu determinanti għall-futur tax-Xengen. Kollox jiddependi minn kemm se jaħdem il-pjan ta’ azzjoni tal-UE mat-Turkija ...
Read More

IĊ-ĊINA THEDDED L-IMPJIEG TA’ 3.5 MILJUN EWROPEW

Aktar minn 5,200 ħaddiem mis-settur tal-azzar, ħadid, ħġieġ, aluminju, siment, ċeramika u kimika ħarġu jipprotestaw quddiem il-bini tal-Istituzzjonijiet tal-UE għax ...
Read More

JISSAĦĦAĦ IS-SETTUR BANKARJU

Mario Draghi, President tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) qal li s-settur bankarju fl-Ewropa huwa b’saħħtu għax tul l-aħħar snin il-banek kienu ...
Read More

JIKBER IL-KUMMERĊ FL-UE

Il-Kummerċ fl-UE kiber b’383% fl-2015 meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. B’kollox l-esportazzjoni tal-UE lejn il-kumplament tad-dinja laħqet €1.7891 triljun fl-2015 ...
Read More

QUO VADIS IL-BIEDJA EWROPEA?

L-Italja uriet it-tħassib tagħha għall-politika agrarja tal-Unjoni Ewropea. Dan wara li l-UE għamlet ftehim agrikolu mal-Ukrajna, Marokk, l-Afrika tal-Punent, il-Kanada, ...
Read More

JIŻDIEDU N-NIES BLA SAQAF FL-EWROPA

Qed jiżdiedu n-nies bla saqaf fl-Ewropa. Dan ħareġ waqt seminar fil-Parlament Ewropew organizzat minn FEANTSA, il-federazzjoni Ewropea ta’ organizzazzjonijiet mill-istati ...
Read More

KORPI MEDIĊI EWROPEJ F’KAŻ TA’ EMERĠENZA

L-UE għadha kemm nediet il-Korpi Mediċi Ewropej. F’kas ta’ emerġenza fil-qasam tas-saħħa, l-Unjoni tkun tista’ tibgħat dawn it-timijiet mediċi u ...
Read More

L-INDUSTRIJA TAL-MANIFATTURA TITLOB AKTAR FLESSIBILITA` MILL-UE

L-industrija tal-manifattura f’Malta teħtieġ  aktar flessibilita’ mill-Unjoni Ewropea. Dan qaluh rappreżentanti tal-industrija Maltija lil Alfred Sant, f’laqgħa fl-uffiċini tagħhom fil-Belt ...
Read More

X’INHI ENPI?

L-Unjoni Ewropea għandha fondi maħsuba biex jintefqu bejn numru ta’ pajjiżi waqt ħidma jew proġett li jkunu qed jagħmlu flimkien ...
Read More

MIN IĦADDEM MEQJUS BĦALA KONSUMATUR

Il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea qalet li f’kas li titjira tittardja, il-linji tal-ajru għandhom jagħtu kumpens mhux biss lil passiġġieri imma anki ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment