Malta se tkun qed tanalizza l-ftehim milħuq bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea. Huwa fl-interess ta’ kulħadd, inkluż ta’ Malta li r-Renju Unit jibqa’ parti mill-UE. Imma mhux akkost ta’ kollox.  Bħal Malta se jagħmlu stati oħra membri tal-UE, fejn żgur se jkun hemm min ma jaqbilx ma’ xi parti mill-ftehim.

Il-konċessjonijiet lir-Renju Unit għal ħaddiema li jmorru hemm minn pajjiżi oħra tal-Unjoni se jkunu skrutinizzati. L-istess se jkun l-involviment ta’ pajjiżi li ma jużawx l-ewro fid-deċiżjonijiet li jieħdu l-pajjiżi tal-ewro. F’Malta diġa` beda d-dibattitu dwar l-effetti fuq ħaddiema Maltin li jaħdmu fir-Renju Unit. Diġa` bdew il-mistoqsijiet dwar il-konċessjonijiet lil studenti mir-Renju Unit, l-istess bħal m’għandhom studenti minn pajjiżi oħra tal-UE, li jistgħu jistudjaw bla ħlas fl-Universita` ta’ Malta.

Aktar tard din is-sena l-Ġermanja u Franza mistennija joħorġu bi proposti ta’ integrazzjoni akbar fiż-żona tal-Ewro. Malta trid tkun attenta għad-dettall ta’ dawn il-proposti biex tara jekk ikunux fl-interess tagħna bħala żewġ gżejjer żgħar fil-periferija tal-UE.

L-influss tal-immigranti fl-Ewropa u r-riperkussjonijiet ta’ dan il-fenomenu fuqna jibqa’ suġġett li se jinfluwenza l-ħajja tagħna. Diġa` sar qbil dwar l-ewwel rilokazzjonijiet tal-immigranti f’Malta. Sar magħruf ukoll li Malta se toħroġ €1.1 miljun lit-Turkija bħala s-sehem ta’ pajjiżna biex l-immigranti ma jibqgħux deħlin fl-Ewropa.

Dawn huma tliet kwistjonijiet li Malta trid tibqa’ viġilanti dwarhom fl-istituzzjonijiet Ewropej. Irridu nibqgħu nsegwu mill-qrib l-iżviluppi fl-Unjoni Ewropea. Dawn jolqtuna mill-qrib u se jaffettwawlna ħajjitna.

L-ISFIDI QUDDIEMNA

Malta se tkun qed tanalizza l-ftehim milħuq bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea. Huwa fl-interess ta’ kulħadd, inkluż ta’ Malta ...
Read More

KAWTELA DWAR IR-RENJU UNIT

Il-Gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew laqgħu bil-kawtela l-qbil li ntlaħaq dwar is-sħubija tar-Renju Unit fl-UE. Saħqu li għad iridu jgħarblu dan ...
Read More

TLIET XHUR DETERMINANTI GĦAX-XENGEN

It-tliet xhur li ġejjin se jkunu determinanti għall-futur tax-Xengen. Kollox jiddependi minn kemm se jaħdem il-pjan ta’ azzjoni tal-UE mat-Turkija ...
Read More

IĊ-ĊINA THEDDED L-IMPJIEG TA’ 3.5 MILJUN EWROPEW

Aktar minn 5,200 ħaddiem mis-settur tal-azzar, ħadid, ħġieġ, aluminju, siment, ċeramika u kimika ħarġu jipprotestaw quddiem il-bini tal-Istituzzjonijiet tal-UE għax ...
Read More

JISSAĦĦAĦ IS-SETTUR BANKARJU

Mario Draghi, President tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) qal li s-settur bankarju fl-Ewropa huwa b’saħħtu għax tul l-aħħar snin il-banek kienu ...
Read More

JIKBER IL-KUMMERĊ FL-UE

Il-Kummerċ fl-UE kiber b’383% fl-2015 meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. B’kollox l-esportazzjoni tal-UE lejn il-kumplament tad-dinja laħqet €1.7891 triljun fl-2015 ...
Read More

QUO VADIS IL-BIEDJA EWROPEA?

L-Italja uriet it-tħassib tagħha għall-politika agrarja tal-Unjoni Ewropea. Dan wara li l-UE għamlet ftehim agrikolu mal-Ukrajna, Marokk, l-Afrika tal-Punent, il-Kanada, ...
Read More

JIŻDIEDU N-NIES BLA SAQAF FL-EWROPA

Qed jiżdiedu n-nies bla saqaf fl-Ewropa. Dan ħareġ waqt seminar fil-Parlament Ewropew organizzat minn FEANTSA, il-federazzjoni Ewropea ta’ organizzazzjonijiet mill-istati ...
Read More

KORPI MEDIĊI EWROPEJ F’KAŻ TA’ EMERĠENZA

L-UE għadha kemm nediet il-Korpi Mediċi Ewropej. F’kas ta’ emerġenza fil-qasam tas-saħħa, l-Unjoni tkun tista’ tibgħat dawn it-timijiet mediċi u ...
Read More

L-INDUSTRIJA TAL-MANIFATTURA TITLOB AKTAR FLESSIBILITA` MILL-UE

L-industrija tal-manifattura f’Malta teħtieġ  aktar flessibilita’ mill-Unjoni Ewropea. Dan qaluh rappreżentanti tal-industrija Maltija lil Alfred Sant, f’laqgħa fl-uffiċini tagħhom fil-Belt ...
Read More

X’INHI ENPI?

L-Unjoni Ewropea għandha fondi maħsuba biex jintefqu bejn numru ta’ pajjiżi waqt ħidma jew proġett li jkunu qed jagħmlu flimkien ...
Read More

MIN IĦADDEM MEQJUS BĦALA KONSUMATUR

Il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea qalet li f’kas li titjira tittardja, il-linji tal-ajru għandhom jagħtu kumpens mhux biss lil passiġġieri imma anki ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment