Il-Gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew laqgħu bil-kawtela l-qbil li ntlaħaq dwar is-sħubija tar-Renju Unit fl-UE. Saħqu li għad iridu jgħarblu dan il-ftehim. Il-Parlament Ewropew se jaħdem fuq l-aspett leġiżlattiv tal-ftehim. Permezz ta’ din il-ħidma r-Renju Unit se jkun jista’ jillimita l-ħlasijiet tal-benefiċċji soċjali lill-immigranti Ewropej li jaħdmu hemmhekk.

Il-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) qal li fejn hemm id-dawl, hemm ukoll id-dellijiet u li għalhekk se jkun qed jgħarbel id-dettalji qabel mal-partit jieħu pożizzjoni.

Il-President tal-Soċjalisti u Demokratiċi (S&D) Gianni Pittella qal li l-isfida issa hija li nikkonvinċu lill-Ingliżi jibqgħu fl-Unjoni. Hu wera s-sodisfazzjon tiegħu li r-Renju Unit mhux se jkollu dritt għall-veto li bih jimblokka aktar għaqda bejn l-istati membri.

Il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej (PES) qal li l-ftehim joffri pedament sod biex tkompli l-ħidma fuq politika komuni. Il-PES hija mħassba dwar il-moviment ħieles tal-ħaddiema u l-ugwaljanza bejn iċ-ċittadini Ewropej. Dan il-partit ma qabilx li r-Renju Unit inaqqar mid-drittijiet tal-ħaddiema Ewropej li jmorru jaħdmu hemmhekk u saħaq li valur fundamentali tal-UE kien li ma jkunx hemm diskriminazzjoni.

Il-Grupp tal-Liberali (ALDE) laqa’ l-ftehim u qal li r-Renju Unit mhux favur ta’ aktar għaqda Ewropea imma mhux se jxekkel lill-pajjiżi li jridu aktar integrazzjoni.

L-Ingliża Syed Kamall tal-Partit tal-Konservattivi u Riformisti (ECR) qalet li bil-ftehim l-Unjoni kollha se tiggwadanja. Dan għaliex hemm il-possibilita` li l-parlamenti nazzjonali jopponu għal proposta leġiżlattiva Ewropea. 

Il-Kummissarju tas-Servizzi Finanzjarji Jonathan Hill saħaq dwar l-importanza tal-kumpaniji Brittaniċi li jkollhom aċċess għas-suq wieħed. Hu saħaq li jekk ir-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni ma jkunx jista’ jieħu sehem fit-tfassil tal-leġiżlazzjonijiet Ewropej u dan ma jkunx fl-interess tar-Renju Unit.

Is-Sindku ta’ Londra Boris Johnson issa ngħaqad mal-grupp li jrid joħroġ lir-Renju Unit mill-UE. L-indikazzjonijiet sa issa huma 34% favur il-‘Brexit’. Ir-Referendum se jsir fit-23 ta’ Ġunju.

L-ISFIDI QUDDIEMNA

Malta se tkun qed tanalizza l-ftehim milħuq bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea. Huwa fl-interess ta’ kulħadd, inkluż ta’ Malta ...
Read More

KAWTELA DWAR IR-RENJU UNIT

Il-Gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew laqgħu bil-kawtela l-qbil li ntlaħaq dwar is-sħubija tar-Renju Unit fl-UE. Saħqu li għad iridu jgħarblu dan ...
Read More

TLIET XHUR DETERMINANTI GĦAX-XENGEN

It-tliet xhur li ġejjin se jkunu determinanti għall-futur tax-Xengen. Kollox jiddependi minn kemm se jaħdem il-pjan ta’ azzjoni tal-UE mat-Turkija ...
Read More

IĊ-ĊINA THEDDED L-IMPJIEG TA’ 3.5 MILJUN EWROPEW

Aktar minn 5,200 ħaddiem mis-settur tal-azzar, ħadid, ħġieġ, aluminju, siment, ċeramika u kimika ħarġu jipprotestaw quddiem il-bini tal-Istituzzjonijiet tal-UE għax ...
Read More

JISSAĦĦAĦ IS-SETTUR BANKARJU

Mario Draghi, President tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) qal li s-settur bankarju fl-Ewropa huwa b’saħħtu għax tul l-aħħar snin il-banek kienu ...
Read More

JIKBER IL-KUMMERĊ FL-UE

Il-Kummerċ fl-UE kiber b’383% fl-2015 meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. B’kollox l-esportazzjoni tal-UE lejn il-kumplament tad-dinja laħqet €1.7891 triljun fl-2015 ...
Read More

QUO VADIS IL-BIEDJA EWROPEA?

L-Italja uriet it-tħassib tagħha għall-politika agrarja tal-Unjoni Ewropea. Dan wara li l-UE għamlet ftehim agrikolu mal-Ukrajna, Marokk, l-Afrika tal-Punent, il-Kanada, ...
Read More

JIŻDIEDU N-NIES BLA SAQAF FL-EWROPA

Qed jiżdiedu n-nies bla saqaf fl-Ewropa. Dan ħareġ waqt seminar fil-Parlament Ewropew organizzat minn FEANTSA, il-federazzjoni Ewropea ta’ organizzazzjonijiet mill-istati ...
Read More

KORPI MEDIĊI EWROPEJ F’KAŻ TA’ EMERĠENZA

L-UE għadha kemm nediet il-Korpi Mediċi Ewropej. F’kas ta’ emerġenza fil-qasam tas-saħħa, l-Unjoni tkun tista’ tibgħat dawn it-timijiet mediċi u ...
Read More

L-INDUSTRIJA TAL-MANIFATTURA TITLOB AKTAR FLESSIBILITA` MILL-UE

L-industrija tal-manifattura f’Malta teħtieġ  aktar flessibilita’ mill-Unjoni Ewropea. Dan qaluh rappreżentanti tal-industrija Maltija lil Alfred Sant, f’laqgħa fl-uffiċini tagħhom fil-Belt ...
Read More

X’INHI ENPI?

L-Unjoni Ewropea għandha fondi maħsuba biex jintefqu bejn numru ta’ pajjiżi waqt ħidma jew proġett li jkunu qed jagħmlu flimkien ...
Read More

MIN IĦADDEM MEQJUS BĦALA KONSUMATUR

Il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea qalet li f’kas li titjira tittardja, il-linji tal-ajru għandhom jagħtu kumpens mhux biss lil passiġġieri imma anki ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment