Aktar minn 5,200 ħaddiem mis-settur tal-azzar, ħadid, ħġieġ, aluminju, siment, ċeramika u kimika ħarġu jipprotestaw quddiem il-bini tal-Istituzzjonijiet tal-UE għax huma mħassba li jitilfu xogħolhom minħabba l-importazzjoni miċ-Ċina u kompetizzjoni inġusta. Id-dimostrazzjoni saret waqt li l-Kummissjoni Ewropea organizzat konferenza dwar il-kummerċ ħieles u l-kummerċ internazzjonali.

Il-prezz fis-suq tal-prodotti manifatturati Ċiniżi huwa ħafna aktar baxx minn dak Ewropew. Bħalissa l-gvernijiet Ewropej jimponu tariffi fuq l-importazzjoni miċ-Ċina u minn pajjiżi terzi oħra ġaladarba l-prezz tagħhom jitqies li jkun ħafna aktar baxx mill-valur tas-suq.

Din it-tariffa tipproteġi l-merkanzija manifatturata fl-Ewropa. Iċ-Ċina trid li dawn it-tarrifi ma jibqgħux  imposti fuq il-prodotti tagħha. Dan ifisser li fis-suq Ewropew ikun hawn merkanzija bi prezzijiet baxxi ħafna. Il-Kummissjoni qed tgħid li jekk dan iseħħ, jintilfu mal-200,000 impjieg.

L-assoċjazzjonijiet tal-manifattura tikkwota lill-‘Economic Policy Institute’ li tgħid li 3.5 miljun impjieg ikunu mhedda. L-għaqda tal-assoċjazzjonijiet, magħrufa bħala AEGIS Europe, tiġġenera bilanċ kummerċjali pożittiv li jlaħħaq €500 biljun fis-sena u tipprovdi x-xogħol għal miljuni ta’ impjegati. Dawn kollha jintlaqtu ħażin jekk ikollhom jikkompetu mal-prezzijiet baxxi tal-prodotti Ċiniżi.

Rappreżentanti tal-ħaddiema kienu jinkludu dawk mill-Awstrija, Belġju, Bulgarija, Repubblika Ċeka, Franza, Finlandja, Ġermanja, Greċja, Ungerija, Italja, Lussemburgu, Olanda, Polonja, Rumanija, Slovakkja, Spanja, Svezja u r-Renju Unit.

L-ISFIDI QUDDIEMNA

Malta se tkun qed tanalizza l-ftehim milħuq bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea. Huwa fl-interess ta’ kulħadd, inkluż ta’ Malta ...
Read More

KAWTELA DWAR IR-RENJU UNIT

Il-Gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew laqgħu bil-kawtela l-qbil li ntlaħaq dwar is-sħubija tar-Renju Unit fl-UE. Saħqu li għad iridu jgħarblu dan ...
Read More

TLIET XHUR DETERMINANTI GĦAX-XENGEN

It-tliet xhur li ġejjin se jkunu determinanti għall-futur tax-Xengen. Kollox jiddependi minn kemm se jaħdem il-pjan ta’ azzjoni tal-UE mat-Turkija ...
Read More

IĊ-ĊINA THEDDED L-IMPJIEG TA’ 3.5 MILJUN EWROPEW

Aktar minn 5,200 ħaddiem mis-settur tal-azzar, ħadid, ħġieġ, aluminju, siment, ċeramika u kimika ħarġu jipprotestaw quddiem il-bini tal-Istituzzjonijiet tal-UE għax ...
Read More

JISSAĦĦAĦ IS-SETTUR BANKARJU

Mario Draghi, President tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) qal li s-settur bankarju fl-Ewropa huwa b’saħħtu għax tul l-aħħar snin il-banek kienu ...
Read More

JIKBER IL-KUMMERĊ FL-UE

Il-Kummerċ fl-UE kiber b’383% fl-2015 meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. B’kollox l-esportazzjoni tal-UE lejn il-kumplament tad-dinja laħqet €1.7891 triljun fl-2015 ...
Read More

QUO VADIS IL-BIEDJA EWROPEA?

L-Italja uriet it-tħassib tagħha għall-politika agrarja tal-Unjoni Ewropea. Dan wara li l-UE għamlet ftehim agrikolu mal-Ukrajna, Marokk, l-Afrika tal-Punent, il-Kanada, ...
Read More

JIŻDIEDU N-NIES BLA SAQAF FL-EWROPA

Qed jiżdiedu n-nies bla saqaf fl-Ewropa. Dan ħareġ waqt seminar fil-Parlament Ewropew organizzat minn FEANTSA, il-federazzjoni Ewropea ta’ organizzazzjonijiet mill-istati ...
Read More

KORPI MEDIĊI EWROPEJ F’KAŻ TA’ EMERĠENZA

L-UE għadha kemm nediet il-Korpi Mediċi Ewropej. F’kas ta’ emerġenza fil-qasam tas-saħħa, l-Unjoni tkun tista’ tibgħat dawn it-timijiet mediċi u ...
Read More

L-INDUSTRIJA TAL-MANIFATTURA TITLOB AKTAR FLESSIBILITA` MILL-UE

L-industrija tal-manifattura f’Malta teħtieġ  aktar flessibilita’ mill-Unjoni Ewropea. Dan qaluh rappreżentanti tal-industrija Maltija lil Alfred Sant, f’laqgħa fl-uffiċini tagħhom fil-Belt ...
Read More

X’INHI ENPI?

L-Unjoni Ewropea għandha fondi maħsuba biex jintefqu bejn numru ta’ pajjiżi waqt ħidma jew proġett li jkunu qed jagħmlu flimkien ...
Read More

MIN IĦADDEM MEQJUS BĦALA KONSUMATUR

Il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea qalet li f’kas li titjira tittardja, il-linji tal-ajru għandhom jagħtu kumpens mhux biss lil passiġġieri imma anki ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment